+Artikolu 4 L-użu ta’dataprimarja u sekondarja
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5

Artikolu 4 L-użu ta’dataprimarja u sekondarja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-entitajiet tat-trasport u tal-hub u l-intermedjarji tad-data għandhom jagħtu prijorità lill-użu ta’ data primarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-servizzi tat-trasport.

Stat Membru jista’ jipprevedi li l-użu ta’ data primarja jkun obbligatorju għal operazzjonijiet ta’ trasport li jitwettqu fit-territorju tiegħu minn entitajiet tat-trasport u tal-hub, li n-numru ta’ impjegati tagħhom jaqbeż limitu speċifiku stabbilit mil-liġi nazzjonali, fejn is-servizz ta’ trasport jibda u jispiċċa fit-territorju tiegħu. L-Istat Membru ma għandux japplika tali rekwiżit għall-operazzjonijiet tat-trasport transfruntieri, inkluż għall-operazzjonijiet tat-trasport fi tranżitu mit-territorju tiegħu, jew għall-SMEs.

Artikolu 4 2

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu inċentivi amministrattivi, finanzjarji jew operazzjonali biex jistimulaw l-użu ta’ data primarja.

Artikolu 4 3

3.   L-użu ta’ data sekondarja għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport għandu jkun permess fil-qafas tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma derivati minn:

(i)

bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni tal-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (“bażi ta’ data ewlenija tal-Unjoni”), kif imsemmija fl-Artikolu 5; jew

(ii)

bażijiet ta’ data u settijiet tad-data tal-valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operati minn partijiet terzi, f’konformità mal-Artikolu 6;

(b)

fejn il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-vetturi tal-enerġija tat-trasport huma derivati mill-bażi ta’ data ċentrali tal-Unjoni dwar il-fatturi prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (“bażi ta’ data ċentrali tal-Unjoni”), kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(c)

fejn d-data mmudellata tiddependi fuq mudell stabbilit f’konformità mal-metodoloġija komuni msemmija fl-Artikolu 3(1), u, fejn xieraq, f’konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta’ data sekondarja stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, u mad-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ għodod ta’ kalkolu stipulati fl-Artikoli 8 u 11.

F’konformità mal-metodoloġija komuni, meta l-entitajiet tat-trasport u tal-hub iwettqu kalkolu ex ante tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ servizz tat-trasport speċifiku, huma jistgħu jużaw valuri prestabbiliti għall-intensitajiet tal-emissjoni tal-gassijiet serra stabbiliti abbażi ta’ data primarja minn servizz tat-trasport ta’ karatteristiċi simili mwettqa mill-istess entitajiet fis-sena ta’ qabel il-kalkolu ex ante.

Artikolu 4 4

4.   Meta l-entitajiet tat-trasport u tal-hub u l-intermedjarji tad-data jużaw bħala data tal-input id-data primarja li diġà tkun intużat bħala bażi biex tiġi stabbilita data tal-output li tkun ġiet ivverifikata skont atti legali oħra tal-Unjoni minn korp akkreditat imsemmi fl-Artikolu 16, il-verifika msemmija fl-Artikolu 12(1) ma għandhiex tkun meħtieġa tindirizza s-sorsi tad-data tal-input użata għall-kalkolu kif imsemmi fl-Artikolu 13(2), il-punt (b).

Artikolu 4 5

5.   Meta jikkalkulaw l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-elettriku kkunsmat, l-entitajiet tat-trasport u tal-hub u l-intermedjarji tad-data jistgħu jagħżlu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq is-suq minflok id-data sekondarja bbażata fuq il-post, dment li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness J tal-istandard EN ISO.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.