+Artikolu 14 Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7

Artikolu 14 Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiġu akkreditati biex iwettqu l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13.

Artikolu 14 2

2.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun indipendenti mill-entitajiet tat-trasport u tal-hubs u mill-intermedjarji tad-data li japplikaw għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13.

Artikolu 14 3

3.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew mal-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika.

Artikolu 14 4

4.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu għandhom iwettqu l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

Artikolu 14 5

5.   Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq l-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ verifika li b’rabta magħhom ikun ġie akkreditat.

Artikolu 14 6

6.   Il-persunal ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni u tal-verifika.

Artikolu 14 7

7.   Meta korp tal-valutazzjoni tal-konformità jissottokuntratta attivitajiet speċifiċi konnessi maċ-ċertifikazzjoni jew mal-verifika, jew jirrikorri għal sussidjarju, huwa għandu jieħu responsabbiltà sħiħa għall-attivitajiet mwettqa minn sottokuntratturi u minn sussidjarji jkunu fejn ikunu stabbiliti dawk l-attivitajiet, inkluż billi jivvaluta u jimmonitorja l-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarja u l-ħidma mwettqa minnhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.