+Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
|
Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE m’għandhomx japplikaw għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jinvolvu l-ipproċessar minn fornituri ta’ data personali u data oħra b’rabta mal-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri sakemm:
|
(a)
|
l-ipproċessar ikun:
|
(i)
|
strettament meħtieġ għall-użu ta’ teknoloġija speċifika għall-iskop uniku li jiġi identifikat u jitneħħa l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u li dan jiġi rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal u li tiġi identifikata s-solleċitazzjoni tat-tfal u din tiġi rrapportata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
|
|
(ii)
|
mhux applikat għal komunikazzjonjiet interpersonali li għalihom jiġi applikat, ġie applikat jew se jiġi applikat kriptaġġ minn tarf sa tarf;
|
|
(iii)
|
proporzjonat u limitat għal teknoloġiji li jintużaw mill-fornituri għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);
|
|
(iv)
|
limitat għal data dwar il-kontenut u data relatata dwar it-traffiku li hija strettament meħtieġa għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);
|
|
(v)
|
limitat għal dak li hu strettament meħtieġ għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (i);
|
|
|
(b)
|
it-teknoloġiji użati għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu huma f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija u huma l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw komunikazzjonijiet li fihom test, ma jkunux kapaċi jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw il-possibbiltà ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;
|
|
(c)
|
fir-rigward ta’ kwalunkwe teknoloġija speċifika użata għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu, ikunu twettqu valutazzjoni minn qabel tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 u proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(d)
|
fir-rigward ta’ teknoloġija ġdida, jiġifieri teknoloġija użata għall-iskopijiet tal-identifikazzjoni ta’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online li ma tkunx intużat minn xi fornitur fir-rigward ta’ servizzi pprovduti lill-utenti tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri (“utenti”) fl-Unjoni qabel il-31 ta’ Lulju 2026, u fir-rigward tat-teknoloġija użata għall-iskop tal-identifikazzjoni ta’ solleċitazzjoni possibbli tat-tfal, il-fornitur jirrapporta lura lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri meħuda biex juri l-konformità mal-parir bil-miktub maħruġ f’konformità mal-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-awtorità superviżorja kompetenti ddeżinjata skont il-Kapitolu VI, it-Taqsima 1, ta’ dan ir-Regolament (“awtorità superviżorja”) matul il-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel;
|
|
(e)
|
it-teknoloġiji użati jkunu affidabbli biżżejjed fis-sens li jillimitaw kemm jista’ jkun ir-rata tal-iżbalji fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ kontenut li jirrappreżenta l-abbuż sesswali tat-tfal online u, fejn iseħħu tali żbalji okkażjonali, il-konsegwenzi tagħhom jiġu rettifikati mingħajr dewmien;
|
|
(f)
|
it-teknoloġiji użati għall-identifikazzjoni tax-xejriet tas-solleċitazzjoni possibbli tat-tfal tkun limitata għall-użu tal-indikaturi ewlenin rilevanti u fatturi ta’ riskju identifikati b’mod oġġettiv bħad-differenza fl-età u l-involviment probabbli ta’ xi tifel jew tifla fil-komunikazzjoni skennjata, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rieżami uman;
|
|
(g)
|
il-fornituri:
|
(i)
|
ikunu stabbilixxew proċeduri interni biex jipprevjenu l-abbuż tal-aċċess mhux awtorizzat għal, u t-trasferimenti mhux awtorizzati ta’, data personali u data oħra;
|
|
(ii)
|
jiżguraw is-sorveljanza mill-bniedem tal-ipproċessar tad-data personali u data oħra u, fejn meħtieġ, l-intervent tal-bniedem f’tali pproċessar, bl-użu ta’ teknoloġiji li jaqgħu taħt dan ir-Regolament;
|
|
(iii)
|
jiżguraw li materjal li ma jkunx ġie identifikat preċedentement bħala materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online jew ta’ solleċitazzjoni tat-tfal, ma jiġix irrappurtat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal mingħajr il-konferma minn qabel mill-bniedem;
|
|
(iv)
|
ikunu stabbilixxew proċeduri xierqa u mekkaniżmi ta’ rimedju biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jressqu lmenti magħhom fi żmien raġonevoli bil-għan li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom;
|
|
(v)
|
jinfurmaw lill-utenti b’mod ċar, prominenti u komprensibbli dwar il-fatt li invokaw, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-deroga legali mill-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti unikament għall-iskopijiet stabbiliti fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu, il-loġika wara l-miżuri li ħadu taħt id-deroga u l-impatt fuq il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet tal-utenti, inkluża l-possibbiltà li d-data personali tiġi kondiviża mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
|
|
(vi)
|
jinfurmaw lill-utenti dwar dan li ġej, fejn il-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew il-kont tagħhom ikun ġie mblukkat jew servizz offrut lilhom ikun ġie sospiż:
|
(1)
|
il-perkorsi għal tfittix ta’ rimedju mingħandhom;
|
|
(2)
|
il-possibbiltà li jressqu lment quddiem awtorità superviżorja; u
|
|
(3)
|
id-dritt għal rimedju ġudizzjarju;
|
|
|
(vii)
|
sal-1 ta’ Frar 2027 u minn hemm ’il quddiem sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, jippubblikaw u jissottomettu lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kummissjoni rapport tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament, inkluż dwar:
|
(1)
|
it-tip u l-volumi tad-data pproċessata;
|
|
(2)
|
ir-raġuni speċifika invokata għall-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
(3)
|
ir-raġuni invokata għat-trasferimenti tad-data personali barra mill-Unjoni skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn ikun applikabbli;
|
|
(4)
|
l-għadd ta’ każijiet identifikati ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, filwaqt li ssir distinzjoni bejn il-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u s-solleċitazzjoni tat-tfal online;
|
|
(5)
|
l-għadd ta’ każijiet li fihom utent ikun ressaq ilment lill-mekkaniżmu ta’ rimedju intern jew lil xi awtorità ġudizzjarja u l-eżitu ta’ dawk l-ilmenti;
|
|
(6)
|
in-numri u l-proporzjonijiet tal-iżbalji (pożittivi foloz) tat-teknoloġiji differenti użati;
|
|
(7)
|
il-miżuri applikati biex jiġu limitati r-rata ta’ żball u r-rata ta’ żball miksuba;
|
|
(8)
|
il-politika taż-żamma u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data applikati skont ir-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
(9)
|
l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal li magħhom tkun ġiet kondiviża d-data skont dan ir-Regolament;
|
|
|
|
(h)
|
fejn ikun ġie identifikat abbuż sesswali tat-tfal online suspettat, id-data dwar il-kontenut u d-data relatata dwar it-traffiku pproċessata għall-finijiet stabbiliti fil-punt (a)(i), u d-data personali ġġenerata permezz ta’ tali pproċessar jinħażnu b’mod sigur, unikament għall-finijiet ta’:
|
(i)
|
rapportar, mingħajr dewmien, tal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kompetenti u lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;
|
|
(ii)
|
imblukkar tal-kont tal-utent ikkonċernat, jew sospensjoni jew terminazzjoni tal-forniment tas-servizz lill-utent ikkonċernat;
|
|
(iii)
|
ħolqien ta’ firma diġitali unika, mhux konvertibbli mill-ġdid (“hash”) ta’ data identifikata b’mod affidabbli bħala materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online;
|
|
(iv)
|
għoti ta’ possibilità lill-utent ikkonċernat li jfittex rimedju mill-fornitur jew ifittex rieżami amministrattiv jew rimedji ġudizzjarji dwar kwistjonijiet relatati mal-abbuż sesswali tat-tfal online suspettat; jew
|
|
(v)
|
għoti ta’ tweġiba għal talbiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji f’konformità mal-liġi applikabbli biex jipprovdulhom id-data meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, jew il-prosekuzzjoni tar-reati kriminali kif stipulat fid-Direttiva 2011/93/UE;
|
|
|
(i)
|
id-data ma tinħażinx għal aktar minn kemm ikun strettament meħtieġ għall-iskopijiet rilevanti stabbiliti fil-punt (h) u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-identifikazzjoni tal-abbuż sesswali suspettat tat-tfal online;
|
|
(j)
|
kull każ ta’ suspett raġunat u vverifikat ta’ abbuż sesswali tat-tfal online jiġi rrapportat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.
|
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Sal-1 ta’ April 2027, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (c), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
|
(a)
|
kienu qed jużaw teknoloġija speċifika qabel il-31 ta’ Lulju 2026 għall-iskopijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija;
|
|
(b)
|
jibdew proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel, qabel l-1 ta’ Settembru 2026; u
|
|
(c)
|
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta ma l-proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel msemmija fil-punt (b).
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Sal-1 ta’ April 2027, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
|
(a)
|
kienu qed jużaw xi teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel il-31 ta’ Lulju 2026 mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija;
|
|
(b)
|
jibdew proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel l-1 ta’ Settembru 2026; u
|
|
(c)
|
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).
|
Id-data inkluża fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), għandha tiġi pprovduta bil-miktub permezz ta’ formola standard. Sal-1 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik il-formola permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ taqsam il-kategoriji tad-data elenkati fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), f’subkategoriji.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R1881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|