3. Sal-1 ta’ April 2027, il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (d), ma għandhiex tapplika għall-fornituri li:
|
(a)
|
kienu qed jużaw xi teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel il-31 ta’ Lulju 2026 mingħajr ma kienu kkompletaw proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta’ dik it-teknoloġija;
|
|
(b)
|
jibdew proċedura kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (d), qabel l-1 ta’ Settembru 2026; u
|
|
(c)
|
jikkooperaw kif xieraq mal-awtorità superviżorja kompetenti b’rabta mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).
|
Id-data inkluża fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), għandha tiġi pprovduta bil-miktub permezz ta’ formola standard. Sal-1 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ dik il-formola permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ taqsam il-kategoriji tad-data elenkati fil-paragrafu 1, il-punt (g)(vii), f’subkategoriji.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2).