+2. Esternalizzazzjoni

2. Esternalizzazzjoni

2.   Esternalizzazzjoni

Meta l-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG jesternalizzaw funzjonijiet lil fornitur tas-servizzi jew kwalunkwe servizz jew attività rilevanti fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG, il-fornitur tal-klassifikazzjoni ESG għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur tas-servizz ikollu l-abbiltà, il-kapaċità u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi, biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b’mod affidabbli u professjonali;

(b)

il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG jieħu azzjoni xierqa jekk jidher li l-fornitur tas-servizz jista’ ma jkunx qed iwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji;

(c)

il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG iżomm l-għarfien espert meħtieġ biex jissorvelja l-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u biex jimmaniġġja r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(d)

il-fornitur tas-servizzi jiddivulga lill-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji;

(e)

il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG ikun jista’ jittermina l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni fejn meħtieġ;

(f)

il-fornitur tal-klassifikazzjonijiet ESG jieħu passi raġonevoli, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza, biex jevita riskju operazzjonali bla bżonn relatat mal-parteċipazzjoni tal-fornitur tas-servizz fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.