+2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi …
|
2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi …
2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE F’konformità mal-Artikolu 24 u minbarra d-divulgazzjoni minima lill-pubbliku msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li ġejja lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati u lill-emittenti tal-element ikklassifikat, jekk ikun applikabbli, li huma soġġetti għal tali klassifikazzjoni:
|
(a)
|
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż:
|
(i)
|
fejn applikabbli, evidenza xjentifika u suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-klassifikazzjonijiet;
|
|
(ii)
|
l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti għal kull fattur E, S u G, u l-metodu ta’ ponderazzjoni;
|
|
(iii)
|
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ESG aggregata, ir-riżultat tal-valutazzjoni għal kull kategorija ta’ fatturi E, S u G, preżentat b’mod li jiżgura l-komparabbiltà tal-kategoriji E, S u G;
|
|
(iv)
|
kwalunkwe nuqqas potenzjali tal-metodoloġiji, u l-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat dak in-nuqqas;
|
|
(v)
|
politiki għar-reviżjoni tal-metodoloġiji;
|
|
(vi)
|
meta klassifikazzjoni ESG tkun issaħħet jew iddgħajfet minħabba kwalunkwe bidla fil-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni, fil-mudelli, fis-suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni jew fis-sorsi tad-data (inklużi stimi), ir-raġunijiet għal dawk il-bidliet u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-klassifikazzjoni partikolari;
|
|
(vii)
|
data tal-aħħar reviżjoni tal-metodoloġiji;
|
|
(viii)
|
meta l-klassifikazzjoni ESG tkopri l-fattur E, jekk u sa liema punt il-klassifikazzjoni ESG hija korrelatata mal-perċentwal ta’ allinjament mat-tassonomija skont ir-Regolament (UE) 2020/852, jew allinjata ma’ ftehimiet internazzjonali oħrajn, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha;
|
|
|
(b)
|
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-proċessi tad-data, inkluż:
|
(i)
|
spjegazzjoni aktar dettaljata tas-sorsi tad-data użati, inkluż jekk humiex pubbliċi jew mhux pubbliċi, jekk humiex soġġetti għal impenn ta’ aċċertament, u jekk humiex derivati mill-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà żviluppati skont l-Artikoli 19a u 29b tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi sostenibbli u d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u r-Regolament (UE) 2019/2088, inkluż jekk u kif tintuża l-informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni tal-kumpaniji derivati minn tali standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
|
|
(ii)
|
fejn applikabbli, l-użu tal-istima u l-medja tal-industrija u l-ispjegazzjoni tal-metodoloġija sottostanti;
|
|
(iii)
|
il-politiki għall-aġġornament tad-data u r-reviżjoni tad-data storika u d-data tal-aħħar aġġornamenti tad-data,
|
|
(iv)
|
il-kontrolli tal-kwalità tad-data, il-frekwenza tagħhom u l-proċess ta’ rimedju jekk jinqalgħu kwistjonijiet;
|
|
(v)
|
fejn applikabbli, kwalunkwe pass meħud biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet fis-sorsi tad-data;
|
|
|
(c)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-involviment ma’ elementi kklassifikati u emittenti tal-elementi kklassifikati, inkluż jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG wettaqx rieżamijiet jew żjarat fuq il-post u l-frekwenza tagħhom;
|
|
(d)
|
fejn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG joħroġ klassifikazzjoni mhux mitluba, dikjarazzjoni prominenti għal dak il-għan fil-klassifikazzjoni ESG, inkluż informazzjoni dwar jekk l-element ikklassifikat jew parti terza relatata kinux infurmati li ser jiġu kklassifikata, jekk ipparteċipawx jew le fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kellux aċċess għad-dokumenti relatati mal-ġestjoni u għal dokumenti interni rilevanti oħra fir-rigward tal-element kklassifikat jew ta’ parti terza relatata;
|
|
(e)
|
fejn applikabbli, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe metodoloġija tal-intelliġenza artifiċjali użata fil-proċess tal-ġbir jew tal-klassifikazzjoni tad-data;
|
|
(f)
|
f’każ ta’ informazzjoni ġdida maġġuri fir-rigward ta’ element ikklassifikat li għandu l-possibbiltà li jaffettwa r-riżultat ta’ klassifikazzjoni ESG, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jispjegaw kif ikunu qiesu dik l-informazzjoni u jekk emendawx il-klassifikazzjoni ESG korrispondenti;
|
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tkun speċifika għal kull klassifikazzjoni ESG distribwita.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|