+ANNESS III REKWIŻITI TA’ DIVULGAZZJONI
---+1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku
---+2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi …
|
ANNESS III REKWIŻITI TA’ DIVULGAZZJONI
ANNESS III REKWIŻITI TA’ DIVULGAZZJONI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku
|
1. Divulgazzjonijiet minimi lill-pubbliku F’konformità mal-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom, bħala minimu, jiddivulgaw lill-pubbliku fuq is-sit web tagħhom u permezz tal-Punt ta’ aċċess uniku Ewropew (European Single Access Point, ESAP) dan li ġej:
|
(a)
|
ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż jekk l-analiżi tħarisx lura jew tħarisx ’il quddiem u l-perjodu taż-żmien kopert;
|
|
(b)
|
il-klassifikazzjoni tal-industrija użata;
|
|
(c)
|
ħarsa ġenerali lejn is-sorsi tad-data, inkluż jekk id-data nkisbitx minn dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà meħtieġa skont id-Direttiva 2013/34/UE jew minn informazzjoni divulgata skont ir-Regolament (UE) 2019/2088, u jekk is-sorsi humiex pubbliċi jew mhux pubbliċi, u ħarsa ġenerali lejn il-proċessi tad-data, l-istima tad-data tal-input f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u l-frekwenza tal-aġġornamenti tad-data;
|
|
(d)
|
l-istruttura tas-sjieda tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(e)
|
informazzjoni dwar jekk u kif il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni huma bbażati fuq evidenza xjentifika;
|
|
(f)
|
informazzjoni dwar l-objettiv definit b’mod ċar tal-klassifikazzjonijiet ESG u l-immarkar ta’ jekk il-klassifikazzjoni hijiex qed tivvaluta r-riskji, l-impatti, jew it-tnejn, skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja, jew kwalunkwe dimensjoni oħra, u fil-każ ta’ materjalità doppja l-proporzjon tar-riskju u l-materjalità tal-impatt;
|
|
(g)
|
l-ambitu tal-klassifikazzjoni ESG, jiġifieri jekk tkoprix fattur E, S, jew G individwali jew jekk hijiex klassifikazzjoni aggregata li taggrega l-fatturi E, S u G, jew jekk tkoprix kwistjonijiet speċifiċi bħar-riskji ta’ tranżizzjoni;
|
|
(h)
|
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ESG aggregata, il-ponderazzjoni tat-tliet kategoriji ġenerali tal-fatturi E, S u G (pereżempju 33 % għal fattur E, 33 % għal fattur S, 33 % għal fattur G), u l-ispjegazzjoni tal-metodu ta’ ponderazzjoni, inkluż il-piż għal kull kategorija E, S u G individwali;
|
|
(i)
|
fi ħdan il-fatturi E, S jew G, l-ispeċifikazzjoni tas-suġġetti koperti mill-klassifikazzjoni ESG, u jekk jikkorrispondux għas-suġġetti mill-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà żviluppati skont l-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE;
|
|
(j)
|
informazzjoni dwar jekk il-klassifikazzjoni hijiex espressa f’valur assolut jew relattiv;
|
|
(k)
|
fejn applikabbli, referenza għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-proċess tal-ġbir tad-data jew tal-klassifikazzjoni, inkluża informazzjoni dwar limitazzjonijiet u riskji attwali tal-użu tal-intelliġenza artifiċjali;
|
|
(l)
|
informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji użati għall-istabbiliment tat-tariffi imposti fuq il-klijenti, li tispeċifika d-diversi elementi kkunsidrati, u informazzjoni ġenerali dwar il-mudell tan-negozju/tal-ħlas;
|
|
(m)
|
kwalunkwe limitazzjoni fis-sorsi tad-data u metodoloġiji użati għall-kostruzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(n)
|
ir-riskji ewlenin tal-kunflitti ta’ interess u l-passi meħuda biex jittaffew;
|
|
(o)
|
jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fattur E, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx il-miri u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jew kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti ieħor;
|
|
(p)
|
jekk klassifikazzjoni ESG ta’ element ikklassifikat tkopri l-fatturi S u G, informazzjoni dwar jekk dik il-klassifikazzjoni tqisx kwalunkwe ftehim internazzjonali rilevanti;
|
|
(q)
|
kwalunkwe limitazzjoni dwar l-informazzjoni disponibbli lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
|
|
|
2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi …
|
2. Divulgazzjonijiet addizzjonali lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE F’konformità mal-Artikolu 24 u minbarra d-divulgazzjoni minima lill-pubbliku msemmija fil-punt 1 ta’ dan l-Anness, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni li ġejja lill-utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG u lill-elementi kklassifikati u lill-emittenti tal-element ikklassifikat, jekk ikun applikabbli, li huma soġġetti għal tali klassifikazzjoni:
|
(a)
|
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni użati u l-bidliet fihom, inkluż:
|
(i)
|
fejn applikabbli, evidenza xjentifika u suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-klassifikazzjonijiet;
|
|
(ii)
|
l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni rilevanti għal kull fattur E, S u G, u l-metodu ta’ ponderazzjoni;
|
|
(iii)
|
fil-każ ta’ klassifikazzjoni ESG aggregata, ir-riżultat tal-valutazzjoni għal kull kategorija ta’ fatturi E, S u G, preżentat b’mod li jiżgura l-komparabbiltà tal-kategoriji E, S u G;
|
|
(iv)
|
kwalunkwe nuqqas potenzjali tal-metodoloġiji, u l-miżuri meħuda biex jiġi indirizzat dak in-nuqqas;
|
|
(v)
|
politiki għar-reviżjoni tal-metodoloġiji;
|
|
(vi)
|
meta klassifikazzjoni ESG tkun issaħħet jew iddgħajfet minħabba kwalunkwe bidla fil-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni, fil-mudelli, fis-suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni jew fis-sorsi tad-data (inklużi stimi), ir-raġunijiet għal dawk il-bidliet u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-klassifikazzjoni partikolari;
|
|
(vii)
|
data tal-aħħar reviżjoni tal-metodoloġiji;
|
|
(viii)
|
meta l-klassifikazzjoni ESG tkopri l-fattur E, jekk u sa liema punt il-klassifikazzjoni ESG hija korrelatata mal-perċentwal ta’ allinjament mat-tassonomija skont ir-Regolament (UE) 2020/852, jew allinjata ma’ ftehimiet internazzjonali oħrajn, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnha;
|
|
|
(b)
|
ħarsa ġenerali aktar granulari lejn il-proċessi tad-data, inkluż:
|
(i)
|
spjegazzjoni aktar dettaljata tas-sorsi tad-data użati, inkluż jekk humiex pubbliċi jew mhux pubbliċi, jekk humiex soġġetti għal impenn ta’ aċċertament, u jekk humiex derivati mill-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà żviluppati skont l-Artikoli 19a u 29b tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi sostenibbli u d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u r-Regolament (UE) 2019/2088, inkluż jekk u kif tintuża l-informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni tal-kumpaniji derivati minn tali standards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
|
|
(ii)
|
fejn applikabbli, l-użu tal-istima u l-medja tal-industrija u l-ispjegazzjoni tal-metodoloġija sottostanti;
|
|
(iii)
|
il-politiki għall-aġġornament tad-data u r-reviżjoni tad-data storika u d-data tal-aħħar aġġornamenti tad-data,
|
|
(iv)
|
il-kontrolli tal-kwalità tad-data, il-frekwenza tagħhom u l-proċess ta’ rimedju jekk jinqalgħu kwistjonijiet;
|
|
(v)
|
fejn applikabbli, kwalunkwe pass meħud biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet fis-sorsi tad-data;
|
|
|
(c)
|
fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-involviment ma’ elementi kklassifikati u emittenti tal-elementi kklassifikati, inkluż jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG wettaqx rieżamijiet jew żjarat fuq il-post u l-frekwenza tagħhom;
|
|
(d)
|
fejn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG joħroġ klassifikazzjoni mhux mitluba, dikjarazzjoni prominenti għal dak il-għan fil-klassifikazzjoni ESG, inkluż informazzjoni dwar jekk l-element ikklassifikat jew parti terza relatata kinux infurmati li ser jiġu kklassifikata, jekk ipparteċipawx jew le fil-proċess ta’ klassifikazzjoni u jekk il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG kellux aċċess għad-dokumenti relatati mal-ġestjoni u għal dokumenti interni rilevanti oħra fir-rigward tal-element kklassifikat jew ta’ parti terza relatata;
|
|
(e)
|
fejn applikabbli, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe metodoloġija tal-intelliġenza artifiċjali użata fil-proċess tal-ġbir jew tal-klassifikazzjoni tad-data;
|
|
(f)
|
f’każ ta’ informazzjoni ġdida maġġuri fir-rigward ta’ element ikklassifikat li għandu l-possibbiltà li jaffettwa r-riżultat ta’ klassifikazzjoni ESG, il-fornituri tal-klassifikazzjonijiet ESG għandhom jispjegaw kif ikunu qiesu dik l-informazzjoni u jekk emendawx il-klassifikazzjoni ESG korrispondenti;
|
Fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tkun speċifika għal kull klassifikazzjoni ESG distribwita.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|