+Preamble: 1

Preamble: 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE

tat-22 ta’ Lulju 2003

li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Billi:

(1) Sabiex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 [4] jistabbilixxi Statut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE).

(2) Dak ir-Regolament jimmira li joħloq qafas uniformi legali li fih kooperattivi u entitajiet oħra u persuni naturali minn Stati Membri differenti għandhom ikunu jistgħu jippjanaw u jwettqu ir-riorganizzazzjoni tan-negozju tagħhom f’forma kooperattiva fuq skala tal-Komunità.

(3) Sabiex jiġu promossi l-għanijiet soċjali tal-Komunità, dispożizzjonijiet speċjali għandhom ikunu stipulati, notevolment fil-qasam ta’ l-involviment ta’ l-impjiegi, immirati li jassiguraw li l-istabbiliment ta’ SCE ma jinvolvix l-għajbien jew it-tnaqqis ta’ prattiċi ta’ l-involviment ta’ l-impjegat li jesiġu fi ħdan entitajiet li jipparteċipaw fl-istabbiliment ta’ SCE. Dan l-għan għandu jkun segwit permezz ta’ l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli f’dan il-qasam, li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1435/2003.

(4) Minħabba li l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, kif delineati hawn fuq, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, minħabba li l-għan huwa li jiġi stabbilit sett ta’ regoli dwar l-involviment ta’ l-impjegati applikabbli għall-SCE, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-impatt ta’ l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(5) Id-diversità kbira ta’ regoli u prattiċi li jeżistu fl-Istati Membri fir-rigward tal-mod li bih ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati huma involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan kooperattivi tagħmilha mhux konsiljabbli li jkun stabbilit mudell wieħed Ewropew ta’ involviment ta’ impjegati applikabbli għall-SCE.

(6) Proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni f’livell transnazzjonali għandhom ikunu assigurati fil-każi kollha tal-ħolqien ta’ SCE, bl-addattazzjoni meħtieġa li l-SCE jiffurmaw ex novo fejn dan ikun iġġustifikat mid-daqs tagħhom, kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi.

(7) Jekk jesiġu drittijiet ta’ parteċipazzjoni fi ħdan entità waħda jew aktar li jistabbilixxu SCE, għandhom fil-prinċipju jiġu ppriservati permezz tat-trasferiment tagħhom għal SCE, la darba stabbilita, sakemm il-partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.

(8) Il-proċeduri konkreti għall-informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll, fejn japplika, il-parteċipazzjoni, li japplikaw għal kull SCE għandhom ikunu definiti primarjament permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ sett ta’ regoli sussidjarji.

(9) L-Istati Membri xorta tibqgħalhom l-għażla li ma japplikawx ir-regoli standardli jirrelataw mal-partiċipazzjoni fil-każ ta’ inkorporazzjoni, minħabba d-diversità tas-sistemi nazzjonali għall-involviment ta’ l-impjegati. Is-sistemi eżistenti u prattiċi tal-parteċipazzjoni fejn xieraq fil-livell ta’ entitajiet li jipparteċipaw għandhom f’dak il-każ jinżammu mir-regoli tar-reġistrazzjoni li jaddattaw.

(10) Ir-regoli tal-votazzjoni fi ħdan il-korp speċjali li jirrappreżenta lill-impjegati għall-għanijiet ta’ negozjati, b’mod partikolari meta jiġu konklużi patti ta’ ftehim li jipprovdu għal livell ta’ parteċipazzjoni aktar baxxa minn dik eżistenti fi ħdan entità waħda li tipparteċipa jew aktar, għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju ta’ l-għejbien jew it-tnaqqis ta’ sistemi eżistenti u prattiċi ta’ parteċipazzjoni. Dak ir-riskju huwa akbar fil-każ ta’ SCE stabbilita permezz ta’ trasformazzjoni jew inkorporazzjoni milli permezz tal-ħolqien ta’ ex novo SCE.

(11) Fin-nuqqas ta’ ftehim sussegwenti għan-negozjati bejn ir-rappreżentanti ta’ l-impjegati u l-organi kompetenti ta’ l-entitajiet li jipparteċipaw, dispożizzjoni għandha ssir għal ċerti regoli standardli japplikaw għall-SCE, ġaladarba tiġi stabbilita. Dawn ir-regoli standardgħandhom jassiguraw prattiċi effettivi ta’ informazzjoni transnazzjonali u konsultazzjoni ta’ l-impjegati, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fl-organi relevanti ta’ l-SCE jekk dik il-parteċipazzjoni kienet teżisti qabel l-istabbiliment tagħha fi ħdan l-entitajiet li jipparteċipaw.

(12) Fejn l-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija hawn fuq għall-entitajiet li jipparteċipaw fl-ex novo SCE ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba d-daqs żgħir tagħhom kif imkejjel f’termini ta’ impjiegi, l-SCE għandha tkun suġġetta għar-regoli nazzjonali dwar l-involviment ta’ impjegati fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tistabbilixxi l-uffiċju rreġistrat tagħha, jew fl-Istat Membru fejn ikollha sussidjarji jew stabbilimenti. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni mqiegħda fuq SCE diġà stabbilita li timplimenta dawn il-proċeduri jekk numru sinifikanti ta’ impjegati hekk jitolbu.

(13) Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ impjegati f’laqgħat ġenerali, sal-limitu li l-liġijiet nazzjonali hekk jippermettu. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ forom oħra ta’ parteċipazzjoni, hekk kif ipprovdut f’din id-Direttiva.

(14) L-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta’ dispożizzjonijiet adatti li, fil-każ ta’ bidliet strutturali wara l-ħolqien ta’ SCE, l-arranġamenti għall-involviment ta’ l-impjegati jistgħu, fejn xieraq, jiġu nnegozjati mill-ġdid.

(15) Għandha ssir dispożizzjoni għar-rappreżentanti ta’ l-impjegati li jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ din id-Direttiva li jgawdu, meta jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, l-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk ipprovduti għal rappreżentanti ta’ impjegati bil-leġislazzjoni u/jew prattika tal-pajjiż ta’ l-impjieg. M’għandhomx ikunu suġġetti għal xi diskriminazzjoni, inkluż kedd, bħala riżultat ta’ l-eżerċizzju legali ta’ l-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu protezzjoni adegwata fir-rigward tat-tkeċċija u sanzjonijiet oħra.

(16) Il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni sensittiva għandha tkun priservata wkoll wara li jiskadu t-termini ta’ uffiċċju tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati, u dispożizzjoni għandha ssir li tkun tippermetti lill-organu kompetenti ta’ l-SCE li jżomm informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara serja, jekk suġġetta għal kxif fil-pubbliku, lill-iffunzjonar ta’ l-SCE.

(17) Fejn SCE u s-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha huma suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura f’impriżi fi skala tal-Komunità jew gruppi ta’ impriżi fi skala tal-Komunità għall-għanijiet ta’ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati [5], id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet li jittrasponuha f’leġislazzjoni nazzjonali m’għandhomx japplikaw għaliha lanqas għas-sussidjarji u l-istabbilimenti tagħha, sakemm il-korp speċċjali ta’ negozjati ma jiddeċidix li ma jiftaħx negozjati jew li jittermina n-negozjati diġà miftuħa.

(18) Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa drittijiet eżistenti oħra li jirrigwardaw l-involviment u m’għandhomx għalfejn jaffettwaw strutturi oħra eżistenti ta’ rappreżentanza,, li tipprovdi għalihom il-Komunità u l-liġijiet nazzjonali u l-prattiċi.

(19) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva.

(20) It-Trattat ma pprovdiex is-setgħat meħtieġa għall-Komunità li tadotta din id-Direttiva, ħlief għal dawk kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 308.

(21) Huwa prinċipju fundamentali u għan iddikjarat ta’ din id-Direttiva li tassigura d-drittijiet miksuba ta’ l-impjegati fir-rigward ta’ involviment fid-deċiżjonijiet tal-kumpanniji. Id-drittijiet ta’ l-impjegati fis-seħħ qabel l-istabbiliment ta’ l-SCE għandhom jipprovdu l-bażi għad-drittijiet ta’ l-impjegati għal involviment fl-SCE (il-prinċipju ta’ "qabel u wara"). B’konsegwenza, dik l-attitudni għandha mhux biss tapplika għall-istabbiliment inizjali ta’ SCE iżda wkoll għall-bidliet strutturali f’SCE eżistenti u għall-entitajiet affettwati bil-proċessi ta’ bidliet strutturali. Għalhekk, meta uffiċċju reġistrat ta’ SCE jiġi trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, ta’ l-anqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ involviment eżistenti għandhom ikomplu japplikaw. B’żieda, jekk l-għatba li tikkonċerna l-involviment ta’ impjegati tintlaħaq jew tinqabeż wara r-reġistrazzjoni ta’ SCE, dawn id-drittijiet għandhom japplikaw bl-istess mod li bih kienu japplikaw, kieku l-għatba kienet intlaħqet jew inqabżet qabel ir-reġistrazzjoni.

(22) L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li r-rappreżentanti ta’ trejd unjins jistgħu jkunu membri ta’ korp speċjali ta’ negozjati irrispettivament jekk humiex impjegati ta’ entità li tipparteċipa fl-istabbiliment ta’ SCE. L-Istati Membri għandhom f’dan il-kuntest b’mod partikolari jkunu jistgħu jintroduċu dan id-dritt f’każi fejn rappreżentanti ta’ trejd unjin ikollhom id-dritt li jkunu membri ta’, u li jivvutaw f’, organi ta’ kumpanniji superviżorji jew amministrattivi skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

(23) F’diversi Stati Membri, l-involviment ta’ impjegati u oqsma oħra ta’ relazzjonijiet industrijali huma bażati kemm fuq il-leġislazzjoni nazzjonali u l-prattika li f’dan il-kuntest huwa miftiehem ukoll li jkopri patti ta’ ftehim kollettivi f’livelli varji nazzjonali, settorali u/jew dak ta’ kumpanniji,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

TAQSIMA I

ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.08.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003L0072
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.