+Artikolu 16 Kunfidenzalità
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4

Artikolu 16 Kunfidenzalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri m'għandhom jiżvelaw lil terzi ebda informazzjoni kunfidenzali rċevuta jew skambjata taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 16 2

2. L-esportatur jista' jindika l-informazzjoni fin-notifika mogħtija taħt l-Artikolu 4 li għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzali. Il-ġustifikazzjoni għandha tingħata f'każijiet bħal dawn fuq talba.

Artikolu 16 3

3. Fl-ebda każ ma tista' l-informazzjoni li ġejja meta mogħtija skond l-Artikolu 4, 9 jew 12 tinżamm kunfidenzali:

(a) isem u indirizz ta' l-esportatur u ta' l-importatur,

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-GMO,

(ċ) taqsira ta' l-istima tar-riskji ta' l-effetti fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tad-diversità bioloġika, filwaqt li jitqiesu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, u

(d) kwalunkwe metodi u pjanijiet għar-risposta fl-emerġenza.

Artikolu 16 4

4. Jekk, għal kwalunkwe raġuni, l-esportatur jirtira n-notifika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-kunfidenzalità ta' informazzjoni kummerċjali u industrijali, li tinkludi informazzjoni dwar riċerka u żvilupp, kif ukoll informazzjoni li dwarha l-Parti jew tal-Pajjiż li mhuwiex Parti ta' l-importazzjoni u l-esportatur ma jaqblux dwar il-kunfidenzalità tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.11.2003 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1946
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.