+Artikolu 38 Proċeduri għas-segwitu ta’ rapporti
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
---+Artikolu 38 5
---+Artikolu 38 6
---+Artikolu 38 7

Artikolu 38 Proċeduri għas-segwitu ta’ rapporti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1

1.   Il-BĊE għandu jevalwa r-rapporti kollha relatati ma’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni. Huwa għandu jevalwa rapporti relatati ma’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni fir-rigward ta’ ksur ta’ regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE. Fil-każ tal-aħħar, meta l-NCAs jirċievu dawn ir-rapporti, huma għandhom jibagħtu r-rapporti lill-BĊE, mingħajr ma jikkomunikaw l-identità tal-persuna li tkun għamlet ir-rapport, ħlief jekk dik il-persuna tagħti l-kunsens espliċitu tagħha.

Artikolu 38 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-BĊE għandu jibgħat rapporti dwar entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni lill-NCA relevanti, mingħajr ma jikkomunika l-identità tal-persuna li tkun għamlet ir-rapport, ħlief jekk dik il-persuna tagħti l-kunsens espliċitu tagħha.

Artikolu 38 3

3.   Il-BĊE għandu jiskambja informazzjoni mal-NCAs: (a) sabiex jevalwa jekk ir-rapporti ntbagħtux kemm lill-BĊE kif ukoll lill-NCA relevanti u sabiex jikkoordina l-isforzi; u (b) sabiex ikun jaf l-eżitu tas-segwitu tar-rapporti mibgħuta lill-NCAs.

Artikolu 38 4

4.   Il-BĊE għandu juża diskrezzjoni raġonevoli meta jiddetermina kif għandu jevalwa r-rapporti li jkun irċieva u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu.

Artikolu 38 5

5.   F’każ ta’ allegat ksur minn entitajiet taħt superviżjoni, l-entità relevanti taħt superviżjoni għandha tipprovdi lill-BĊE kull informazzjoni u dokumenti mitluba sabiex jevalwa r-rapporti li jkun irċieva.

Artikolu 38 6

6.   Fil-każ ta’ ksur allegat minn awtoritajiet kompetenti (minbarra l-BĊE), il-BĊE għandu jitlob lill-awtorità kompetenti relevanti biex tagħti l-kummenti tagħha dwar il-fatti rrapportati.

Artikolu 38 7

7.   Fir-rapport annwali tiegħu, kif deskritt fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament MSU, il-BĊE għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-rapporti li jirċievi f’forma mqassra jew aggregata, b’mod li l-entitajiet jew persuni individwali taħt superviżjoni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.