+Artikolu 8 Sistemi ta’ rkupru tal-ispejjeż
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
|
Artikolu 8 Sistemi ta’ rkupru tal-ispejjeż
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ faċilitajiet fil-portijiet għall-akkoljenza u t-trattament tal-iskart mill-bastimenti, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, ikunu koperti permezz tal-ġbir ta’ tariffa mill-bastimenti. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Is-sistemi ta’ rkupru tal-ispejjeż ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv għall-bastimenti biex dawn jarmu l-iskart fil-baħar. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji kollha li ġejjin fit-tfassil u t-tħaddim tas-sistemi ta’ rkupru ta’ spejjeż:
(a)
il-bastimenti għandhom iħallsu tariffa indiretta, irrispettivament mill-konsenja ta’ skart lil faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
(b)
it-tariffa indiretta għandha tkopri:
(i)
l-ispejjeż amministrattivi indiretti:
(ii)
parti sinifikanti mill-ispejjeż operattivi diretti, kif determinat fl-Anness 4, li għandha tirrappreżenta mill-anqas 30 % tal-ispejjeż diretti totali għall-konsenja effettiva tal-iskart matul is-sena preċedenti, bil-possibbiltà li jitqiesu wkoll l-ispejjeż marbuta mal-volum ta’ traffiku mistenni għas-sena ta’ wara;
(c)
sabiex ikun previst inċentiv massimu għall-konsenja ta’ skart tal-Anness V għall-MARPOL għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, ma għandha tiġi applikata ebda tariffa diretta fuq tali skart, sabiex jiġi żgurat dritt ta’ konsenja mingħajr tariffi addizzjonali bbażati fuq il-volum tal-iskart konsenjat, ħlief fejn il-volum ta’ skart konsenjat jaqbeż il-kapaċità ta’ ħżin iddedikata massima msemmija fil-formola indikata fl-Anness 2 għal din id-Direttiva; skart mistad b’mod passiv għandu jkun kopert minn dan ir-reġim, inkluż id-dritt ta’ konsenja;
(d)
sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż tal-ġbir u t-trattament ta’ skart mistad b’mod passiv jaqgħu esklużivament fuq l-utenti tal-port, l-Istati Membri għandhom ikopru dawk l-ispejjeż, skont il-każ, mid-dħul iġġenerat minn sistemi ta’ finanzjament alternattiv, inkluż minn skemi ta’ ġestjoni tal-iskart u minn finanzjament tal-Unjoni, dak nazzjonali jew dak reġjonali disponibbli;
(e)
sabiex titħeġġeġ il-konsenja tal-fdalijiet mill-ħasil tat-tankijiet li jkun fihom sustanzi li jżommu f’wiċċ l-ilma b’viskożità għolja u persistenti, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji adegwati għall-konsenja tagħhom;
(f)
it-tariffa indiretta ma għandhiex tinkludi l-iskart mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost, li l-ispejjeż tagħhom għandhom ikunu koperti fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta’ skart konsenjat.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-parti tal-ispejjeż li ma tkunx koperta bit-tariffa indiretta, jekk ikun hemm, għandha tiġi koperta fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta’ skart li fil-fatt ikun ġie kkonsenjat mill-bastiment.
|
|
Artikolu 8 4.
|
It-tariffi jistgħu jkunu differenzjati abbażi ta’ dan li ġej:
(a)
il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment;
(b)
il-forniment ta’ servizzi lil bastimenti barra s-sigħat operattivi normali fil-port; jew
(c)
in-natura perikoluża tal-iskart.
|
|
Artikolu 8 5.
|
It-tariffi għandhom jitnaqqsu abbażi ta’ dan li ġej:
(a)
it-tip ta’ kummerċ li l-bastiment huwa involut fih, b’mod partikolari meta bastiment ikun involut f’kummerċ tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra;
(b)
id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment juru li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart, u jiġġestixxi l-iskart tiegħu b’mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent.
Sal-28 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi determinat li bastiment jissodisfa r-rekwiżiti indikati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord il-bastiment. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
|
|
Artikolu 8 6.
|
Sabiex jiġi żgurat li t-tariffi huma ġusti, trasparenti, faċilment identifikabbli, nondiskriminatorji, u li jirriflettu l-ispejjeż tal-faċilitajiet u tas-servizzi magħmula disponibbli u, fejn xieraq, użati, l-ammont tat-tariffi u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati għandhom ikunu disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-port u, fejn rilevanti, b’lingwa li tintuża fuq livell internazzjonali għall-utenti tal-portijiet fil-pjan għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart.
|
|
Artikolu 8 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar data ta’ monitoraġġ dwar il-volum u l-kwantità ta’ skart passiv mistad, u għandhom jirrapportaw din id-data ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport, abbażi ta’ dik id-data tal-monitoraġġ, sal-31 ta’ Diċembru 2022 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-metodoloġiji għad-data ta’ monitoraġġ u l-format għar-rappurtar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|