+Artikolu 8 2.

Artikolu 8 2.

Is-sistemi ta’ rkupru tal-ispejjeż ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv għall-bastimenti biex dawn jarmu l-iskart fil-baħar. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipji kollha li ġejjin fit-tfassil u t-tħaddim tas-sistemi ta’ rkupru ta’ spejjeż:

(a) 

il-bastimenti għandhom iħallsu tariffa indiretta, irrispettivament mill-konsenja ta’ skart lil faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;

(b) 

it-tariffa indiretta għandha tkopri:

(i) 

l-ispejjeż amministrattivi indiretti:

(ii) 

parti sinifikanti mill-ispejjeż operattivi diretti, kif determinat fl-Anness 4, li għandha tirrappreżenta mill-anqas 30 % tal-ispejjeż diretti totali għall-konsenja effettiva tal-iskart matul is-sena preċedenti, bil-possibbiltà li jitqiesu wkoll l-ispejjeż marbuta mal-volum ta’ traffiku mistenni għas-sena ta’ wara;

(c) 

sabiex ikun previst inċentiv massimu għall-konsenja ta’ skart tal-Anness V għall-MARPOL għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, ma għandha tiġi applikata ebda tariffa diretta fuq tali skart, sabiex jiġi żgurat dritt ta’ konsenja mingħajr tariffi addizzjonali bbażati fuq il-volum tal-iskart konsenjat, ħlief fejn il-volum ta’ skart konsenjat jaqbeż il-kapaċità ta’ ħżin iddedikata massima msemmija fil-formola indikata fl-Anness 2 għal din id-Direttiva; skart mistad b’mod passiv għandu jkun kopert minn dan ir-reġim, inkluż id-dritt ta’ konsenja;

(d) 

sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż tal-ġbir u t-trattament ta’ skart mistad b’mod passiv jaqgħu esklużivament fuq l-utenti tal-port, l-Istati Membri għandhom ikopru dawk l-ispejjeż, skont il-każ, mid-dħul iġġenerat minn sistemi ta’ finanzjament alternattiv, inkluż minn skemi ta’ ġestjoni tal-iskart u minn finanzjament tal-Unjoni, dak nazzjonali jew dak reġjonali disponibbli;

(e) 

sabiex titħeġġeġ il-konsenja tal-fdalijiet mill-ħasil tat-tankijiet li jkun fihom sustanzi li jżommu f’wiċċ l-ilma b’viskożità għolja u persistenti, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji adegwati għall-konsenja tagħhom;

(f) 

it-tariffa indiretta ma għandhiex tinkludi l-iskart mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost, li l-ispejjeż tagħhom għandhom ikunu koperti fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta’ skart konsenjat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.