+Artikolu 9 Eżenzjonijiet
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 Eżenzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw bastiment li jidħol fil-portijiet tagħhom mill-obbligi fl-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 (“l-eżenzjoni”), fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

il-bastiment ikun involut fi traffiku skedat b’waqfiet frekwenti u regolari fil-portijiet;

(b) 

hemm arranġament li jiżgura l-konsenja tal-iskart u l-ħlas tat-tariffi f’port tul ir-rotta tal-bastiment li jkun:

(i) 

evidenzjat b’kuntratt iffirmat ma’ port jew ma’ kuntrattur tal-iskart u b’irċevuti tal-konsenja tal-iskart;

(ii) 

ġie nnotifikat lill-portijiet kollha tul ir-rotta tal-bastiment; u

(iii) 

ġie aċċettat mill-port fejn il-konsenja u l-ħlas iseħħu, li jista’ jkun port tal-Unjoni jew xi port ieħor fejn, kif stabbilit abbażi tal-informazzjoni rrappurtata b’mod elettroniku f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13 u fil-GISIS, huma disponibbli faċilitajiet adegwati.

(c) 

l-eżenzjoni ma toħloqx impatt negattiv fuq is-sigurtà marittima, is-saħħa, il-kundizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol abbord jew fuq l-ambjent tal-baħar.

Artikolu 9 2.
Jekk l-eżenzjoni tingħata, l-Istat Membru fejn jinsab il-port għandu joħroġ ċertifikat ta’ eżenzjoni, abbażi tal-format stabbilit fl-Anness 5, li jikkonferma li l-bastiment jissodisfa l-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti meħtieġa għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni u li jiddikjara t-tul taż-żmien tal-eżenzjoni.
Artikolu 9 3.
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni miċ-ċertifikat tal-eżenzjoni elettronikament f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13.
Artikolu 9 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ u infurzar effikaċi tal-arranġamenti għall-konsenja u l-ħlas fis-seħħ għall-bastimenti eżentati li jżuru l-portijiet tagħhom.
Artikolu 9 5.
Minkejja l-eżenzjoni mogħtija, bastiment ma għandux jipproċedi għall-port tal-waqfa li jkun imiss jekk ikun hemm kapaċità ta’ ħżin iddedikata suffiċjenti għall-iskart kollu li jkun ġie akkumulat u li jkun ser jiġi akkumulat tul il-vjaġġ ippjanat tal-bastiment sal-port tal-waqfa li jkun imiss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.