|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw bastiment li jidħol fil-portijiet tagħhom mill-obbligi fl-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 (“l-eżenzjoni”), fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
(a)
il-bastiment ikun involut fi traffiku skedat b’waqfiet frekwenti u regolari fil-portijiet;
(b)
hemm arranġament li jiżgura l-konsenja tal-iskart u l-ħlas tat-tariffi f’port tul ir-rotta tal-bastiment li jkun:
(i)
evidenzjat b’kuntratt iffirmat ma’ port jew ma’ kuntrattur tal-iskart u b’irċevuti tal-konsenja tal-iskart;
(ii)
ġie nnotifikat lill-portijiet kollha tul ir-rotta tal-bastiment; u
(iii)
ġie aċċettat mill-port fejn il-konsenja u l-ħlas iseħħu, li jista’ jkun port tal-Unjoni jew xi port ieħor fejn, kif stabbilit abbażi tal-informazzjoni rrappurtata b’mod elettroniku f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13 u fil-GISIS, huma disponibbli faċilitajiet adegwati.
(c)
l-eżenzjoni ma toħloqx impatt negattiv fuq is-sigurtà marittima, is-saħħa, il-kundizzjonijiet ta’ għajxien u ta’ xogħol abbord jew fuq l-ambjent tal-baħar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|