+6. Livell ta’ dettall

6. Livell ta’ dettall

6.   Livell ta’ dettall

Il-prezzijiet għandhom jinkludu l-imposti kollha li jridu jitħallsu: imposti tan-netwerk flimkien mal-enerġija kkunsmata nieqes kwalunkwe tnaqqis jew primjum, flimkien ma’ kwalunkwe imposta oħra (eż. kiri tal-miter, imposti permanenti). L-imposti tal-konnessjoni inizjali għandhom jiġu esklużi.

Id-data dettaljata għandha tiġi trażmessa kif speċifikat hawn taħt.

(a)   Livell ta’ dettall meħtieġ għall-komponenti u s-subkomponenti

Il-prezzijiet għandhom jitqassmu fi tliet komponenti ewlenin u f’subkomponenti separati.

Il-prezz finali tal-konsumatur għall-gass naturali skont il-livell tal-konsum huwa s-somma tat-tliet komponenti ewlenin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkludi t-taxxi, t-tariffi, il-levies u l-imposti.

Komponent u Subkomponent

Deskrizzjoni

Enerġija u provvista

Dan il-komponent għandu jinkludi l-prezz tal-komodità għall-gass naturali li jitħallas mill-fornitur jew il-prezz tal-gass naturali fil-punt tad-dħul fis-sistema ta’ trażmissjoni, inkluż, jekk applikabbli, il-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: il-kostijiet tal-ħżin flimkien ma’ kostijiet marbuta mal-bejgħ tal-gass naturali lill-konsumaturi finali.

Netwerk

Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta’ wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter.

Subkomponent

Il-komponent tan-netwerk għandu jitqassam f’kostijiet tan-netwerk tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-utent finali, kif ġej:

1.

Sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

2.

Sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet ta’ distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

Taxxi, tariffi, levies u imposti

Dan il-komponent huwa s-somma tas-subkomponenti kollha (taxxi, tariffi, levies u imposti) elenkati hawn taħt.

Subkomponent

Is-subkomponenti li ġejjin għandhom jiġu trażmessi bħala entrati individwali għal kull livell tal-konsum definit fil-punt 5.

1.

It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1).

2.

Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-promozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP.

 

3.

Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta ma’ kumulazzjonijiet strateġiċi, pagamenti tal-kapaċità u s-sigurtà tal-enerġija; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-gass naturali; kostijiet imqassma u levies għall-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew l-operaturi tas-suq u tas-sistema.

4.

Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tad-CO2 jew gassijiet serra oħrajn.

5.

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-erba’ kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta’ konċessjoni marbuta ma’ liċenzji u tariffi għall-okkupar ta’ art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor.

(b)   Livell ta’ dettall abbażi tat-tassazzjoni

Il-prezzijiet għandhom jitqassmu f’dawn it-tliet livelli li ġejjin:

Livell

Deskrizzjoni

Prezzijiet esklużi t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kollha

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk.

Prezzijiet esklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT.

Prezzijiet inklużi t-taxxi kollha

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.11.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1952
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.