+ANNESS I
---+1. Prezzijiet
---+2. Gass naturali
---+3. Unitajiet tar-rapportar
---+4. Unitajiet tal-kejl
---+5. Livelli tal-konsum
---+6. Livell ta’ dettall
---+7. Volumi tal-konsum
|
ANNESS I
ANNESS I
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
1. Prezzijiet
|
1. Prezzijiet Il-prezzijiet għandhom ikunu dawk imposti fuq konsumaturi domestiċi u konsumaturi finali mhux domestiċi li jixtru l-gass naturali għall-użu tagħhom stess li jiġi distribwit mis-sistema prinċipali.
|
|
2. Gass naturali
|
2. Gass naturali Il-gass naturali għandu jinkludi gass naturali u fjuwils gassużi oħrajn imħallta bil-gass naturali fin-netwerk tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, bħall-bijogass. Fjuwils gassużi oħrajn li huma distribwiti min-netwerks dedikati mingħajr ma jitħalltu bil-gass naturali (eż. gass għall-produzzjoni tal-gass, gass għall-produzzjoni tal-kokk, gass għall-forn tal-blast u bijogass) għandhom jiġu esklużi.
|
|
3. Unitajiet tar-rapportar
|
3. Unitajiet tar-rapportar Id-data għandha tinkludi l-konsumaturi kollha domestiċi u l-konsumaturi finali mhux domestiċi tal-gass naturali, iżda għandha teskludi lil dawk il-konsumaturi li jużaw il-gass naturali biss għal:
|
—
|
il-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-impjanti tal-enerġija jew f’impjanti ta’ sħana u enerġija kombinati (CHP); jew
|
|
—
|
skopijiet mhux tal-enerġija (eż. għall-użu fl-industrija tas-sustanzi kimiċi).
|
|
|
4. Unitajiet tal-kejl
|
4. Unitajiet tal-kejl Il-prezzijiet għandhom ikunu l-prezzijiet nazzjonali medji imposti fuq il-konsumaturi domestiċi u l-konsumaturi finali mhux domestiċi. Il-prezzijiet għandhom ikunu espressi fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (GJ). L-unità tal-enerġija użata għandha titkejjel abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV). Il-prezzijiet għandhom jiġu ponderati skont is-sehem mis-suq tal-impriżi tal-provvista tal-gass naturali f’kull livell tal-konsum. Jekk ma jkunx possibbli li jiġu kkalkulati l-prezzijiet medji ponderati, jistgħu jiġu fornuti l-prezzijiet medji aritmetiċi. Fi kwalunkwe każ, id-data għandha tkopri sehem rappreżentattiv tas-suq nazzjonali.
|
|
5. Livelli tal-konsum
|
5. Livelli tal-konsum Il-prezzijiet għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ livelli tal-konsum annwali standard tal-gass naturali.
|
(a)
|
Għall-konsumaturi domestiċi, għandhom japplikaw il-livelli li ġejjin:
|
Livell tal-konsum
|
Konsum annwali tal-gass naturali (GJ)
|
|
|
Minimu
|
Massimu
|
|
Livell D1
|
|
< 20
|
|
Livell D2
|
≥ 20
|
< 200
|
|
Livell D3
|
≥ 200
|
|
|
|
(b)
|
Għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, għandhom japplikaw il-livelli li ġejjin:
|
Livell tal-konsum
|
Konsum annwali tal-gass naturali (GJ)
|
|
|
Minimu
|
Massimu
|
|
Livell I1
|
|
< 1 000
|
|
Livell I2
|
≥ 1 000
|
< 10 000
|
|
Livell I3
|
≥ 10 000
|
< 100 000
|
|
Livell I4
|
≥ 100 000
|
< 1 000 000
|
|
Livell I5
|
≥ 1 000 000
|
< 4 000 000
|
|
Livell I6
|
≥ 4 000 000
|
|
|
|
|
6. Livell ta’ dettall
|
6. Livell ta’ dettall Il-prezzijiet għandhom jinkludu l-imposti kollha li jridu jitħallsu: imposti tan-netwerk flimkien mal-enerġija kkunsmata nieqes kwalunkwe tnaqqis jew primjum, flimkien ma’ kwalunkwe imposta oħra (eż. kiri tal-miter, imposti permanenti). L-imposti tal-konnessjoni inizjali għandhom jiġu esklużi. Id-data dettaljata għandha tiġi trażmessa kif speċifikat hawn taħt. (a) Livell ta’ dettall meħtieġ għall-komponenti u s-subkomponenti Il-prezzijiet għandhom jitqassmu fi tliet komponenti ewlenin u f’subkomponenti separati. Il-prezz finali tal-konsumatur għall-gass naturali skont il-livell tal-konsum huwa s-somma tat-tliet komponenti ewlenin: il-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk (trażmissjoni u distribuzzjoni) u l-komponent li jinkludi t-taxxi, t-tariffi, il-levies u l-imposti.
|
Komponent u Subkomponent
|
Deskrizzjoni
|
|
Enerġija u provvista
|
Dan il-komponent għandu jinkludi l-prezz tal-komodità għall-gass naturali li jitħallas mill-fornitur jew il-prezz tal-gass naturali fil-punt tad-dħul fis-sistema ta’ trażmissjoni, inkluż, jekk applikabbli, il-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: il-kostijiet tal-ħżin flimkien ma’ kostijiet marbuta mal-bejgħ tal-gass naturali lill-konsumaturi finali.
|
|
Netwerk
|
Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta’ wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter.
|
|
Subkomponent
|
Il-komponent tan-netwerk għandu jitqassam f’kostijiet tan-netwerk tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-utent finali, kif ġej:
|
|
1.
|
Sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.
|
|
|
2.
|
Sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u sehem medju relattiv tal-kostijiet ta’ distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.
|
|
|
Taxxi, tariffi, levies u imposti
|
Dan il-komponent huwa s-somma tas-subkomponenti kollha (taxxi, tariffi, levies u imposti) elenkati hawn taħt.
|
|
Subkomponent
|
Is-subkomponenti li ġejjin għandhom jiġu trażmessi bħala entrati individwali għal kull livell tal-konsum definit fil-punt 5.
|
|
1.
|
It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1).
|
|
|
2.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-promozzjoni ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP.
|
|
|
|
|
3.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta ma’ kumulazzjonijiet strateġiċi, pagamenti tal-kapaċità u s-sigurtà tal-enerġija; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-gass naturali; kostijiet imqassma u levies għall-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew l-operaturi tas-suq u tas-sistema.
|
|
|
4.
|
Taxxi, tariffi, levies jew imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tad-CO2 jew gassijiet serra oħrajn.
|
|
|
5.
|
It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-erba’ kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta’ konċessjoni marbuta ma’ liċenzji u tariffi għall-okkupar ta’ art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor.
|
|
(b) Livell ta’ dettall abbażi tat-tassazzjoni Il-prezzijiet għandhom jitqassmu f’dawn it-tliet livelli li ġejjin:
|
Livell
|
Deskrizzjoni
|
|
Prezzijiet esklużi t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kollha
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk.
|
|
Prezzijiet esklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT.
|
|
Prezzijiet inklużi t-taxxi kollha
|
Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT.
|
|
|
7. Volumi tal-konsum
|
7. Volumi tal-konsum L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-informazzjoni dwar is-sehem relattiv tal-gass naturali f’kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet. Il-volumi tal-konsum annwali għal kull livell tal-konsum għandhom jiġu trażmessi darba fis-sena, flimkien mad-data tal-prezzijiet għat-tieni simestru. Id-data ma għandhiex tkun iktar qadima minn sentejn.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.11.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1952
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|