+Artikolu 16 Proċeduri
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Proċeduri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Qabel ma tieħu deċiżjonijiet skond l-Artikoli 13 u 15, il-Kummissjoni għandha toħroġ lill-impriżi jew lill-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kkonċernati dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet u tagħtihom opportunità jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u, jekk huma hekk jitolbu, waqt seduta ta’ smiegħ.
Artikolu 16 2.

Il-Kummissjoni m’għandhiex tiżvela tagħrif tat-tip kopert mill-obbligu tas-sigriet professjonali li tkun kisbet skond dan ir-Regolament.

Kull persuna li tippreżenta tagħrif lill-Kummissjoni skond dan ir-Regolament għandha b’mod ċar tidentifika kull materjal li tikkunsidra kunfidenzjali, waqt li tagħti raġunijiet, u tipprovdi verżjoni separata mhux kunfidenzjali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

Artikolu 16 3.

Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li abbażi tat- tagħrif fil-pussess tagħha m’hemmx raġunijiet biżżejjed biex taġixxi dwar ilment, hija għandha tgħarraf lil min jagħmel l-ilment bir-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih min jagħmel l-ilment jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu bil-miktub.

Jekk min jagħmel l-ilment jgħarraf il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni u s-sottomissjonijiet bil-miktub magħmula minn min jagħmel l-ilment ma jwasslux għal valutazzjoni differenti ta’ l-ilment, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-ilment b’deċiżjoni. Jekk min jagħmel l-ilment jonqos li jagħti tagħrif dwar il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat.

Meta l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, għandha tipprovdi lil min qed jilmenta b’kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali u tistipula limitu ta’ żmien sa meta min qed jilmenta jkun jista’ jressaq il-fehmiet tiegħu bil-miktub.

Artikolu 16 4.
Jekk tintalab dan, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-fajl lill-partijiet li lilhom tkun indirizzat id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u lil min qed jilmenta. L-aċċess għandu jkun mogħti wara n-notifika tal-istqarrija ta’ l-oġġezzjonijiet. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl m’għandux jinkludi aċċess għas-sigrieti tan-negozju, tagħrif kunfidenzjali ieħor u dokumenti interni tal-Kummissjoni.
Artikolu 16 5.
Jekk il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ, tista’ wkoll tisma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.