Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li abbażi tat- tagħrif fil-pussess tagħha m’hemmx raġunijiet biżżejjed biex taġixxi dwar ilment, hija għandha tgħarraf lil min jagħmel l-ilment bir-raġunijiet tagħha u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih min jagħmel l-ilment jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu bil-miktub.
Jekk min jagħmel l-ilment jgħarraf il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni u s-sottomissjonijiet bil-miktub magħmula minn min jagħmel l-ilment ma jwasslux għal valutazzjoni differenti ta’ l-ilment, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-ilment b’deċiżjoni. Jekk min jagħmel l-ilment jonqos li jagħti tagħrif dwar il-fehmiet tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, l-ilment għandu jitiqies li kien irtirat.
Meta l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, għandha tipprovdi lil min qed jilmenta b’kopja tal-verżjoni mhux kunfidenzjali u tistipula limitu ta’ żmien sa meta min qed jilmenta jkun jista’ jressaq il-fehmiet tiegħu bil-miktub.