+2. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi …
|
2. Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi …
|
2.
|
Fil-perijodu ta’ finanzjament li jibda mill-2021, il-Programm ser jassisti attivitajiet inklużi fil-pjan ta’ dekummissjonar imressaq mil-Litwanja skont ir-Regolament (UE) Nru 1369/2013, b’mod partikolari dawn li ġejjin:
|
(a)
|
iż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ta’ fuq u tal-qiegħ tax-xaftijiet tar-reatturi u t-tagħmir f’konformità mal-pjan ta’ dekummissjonar. Il-progress li jsir fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ materjal imneħħi kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;
|
|
(b)
|
id-disinn għaż-żarmar u d-dekontaminazzjoni taż-żoni ċentrali tax-xaftijiet tar-reatturi (il-qalba tal-grafit). Il-progress li jsir fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz tal-valur iggwadanjat. Dan l-għan għandu jinkiseb qabel l-2027, meta ser jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet rilevanti biex jitwettqu ż-żarmar u d-dekontaminazzjoni attwali li huma skedati li jsiru wara l-2027;
|
|
(c)
|
il-ġestjoni sikura tad-dekummissjonar u tal-skart li ntiret sal-ħżin temporanju jew sar-rimi (skont il-kategoriji tal-iskart), inkluża t-tlestija tal-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart fejn meħtieġa. Dan l-għan għandu jintlaħaq f’konformità mal-pjan ta’ dekummissjonar. Il-progress li jsir fuq dan l-objettiv għandu jitkejjel skont il-kwantità u t-tip ta’ skart maħżun jew mormi b’mod sikur, kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;
|
|
(d)
|
l-implimentazzjoni tal-programm ta’ twaqqigħ tal-bini. Il-progress li jsir fuq dan l-objettiv għandu jitkejjel mill-kwantità ta’ bini mwaqqa’ kif ukoll permezz tal-valur gwadanjat;
|
|
(e)
|
il-kisba tal-liċenzja tad-dekummissjonar ladarba l-Unità 1 u l-Unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina jitneħħielhom il-fjuwil;
|
|
(f)
|
it-tnaqqis tar-riskji radjoloġiċi. Il-progress li sar fir-rigward ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz tal-valutazzjonijiet ta’ sikurezza tal-attivitajiet u tal-faċilità, li jidentifikaw modi li bihom jistgħu jseħħu esponimenti potenzjali u li jistmaw il-probabbiltajiet u d-daqs ta’ esponimenti potenzjali.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.02.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0101
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|