|
+ANNESS VII Kejl f’supersiti ta’ monitoraġġ u tal-konċentrazzjoni tal-massa, il-kompożizzjoni kimika tal-PM 2,5 , tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu u tal-partikoli ultrafini |
ANNESS VII Kejl f’supersiti ta’ monitoraġġ u tal-konċentrazzjoni tal-massa, il-kompożizzjoni kimika tal-PM 2,5 , tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu u tal-partikoli ultrafiniANNESS VII Kejl f’supersiti ta’ monitoraġġ u tal-konċentrazzjoni tal-massa, il-kompożizzjoni kimika tal-PM2,5, tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu u tal-partikoli ultrafini Taqsima 1 – Kejl ta’ sustanzi niġġiesa fis-supersiti ta’ monitoraġġ Il-kejl fis-supersiti kollha ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali għandu jinkludi is-sustanza niġġiesa elenkati fit-Tabelli 1 u 2, rispettivament. Tabella 1 - Sustanzi niġġiesa li għandhom jitkejlu fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban
Tabella 2 - Sustanzi niġġiesa li għandhom jitkejlu fis-supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond rurali
Tabella 3 - Sustanzi niġġiesa rakkomandati li jitkejlu f’supersiti ta’ monitoraġġ f’postijiet bi sfond urban u f’postijiet bi sfond rurali jekk mhux koperti mir-rekwiżiti tat-Tabelli 1 u 2
Taqsima 2 - Kejl tal-konċentrazzjoni tal-massa u tal-kompożizzjoni kimika tal-pm2,5 A. Għanijiet L-għanijiet ewlenin ta’ tali kejl huma li jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli informazzjoni adegwata dwar il-livelli fil-postijiet bi sfond urban u dawk bi sfond rurali. Din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġu ġġudikati l-livelli mtejba f’żoni aktar imniġġsa (bħalma huma postijiet bi sfond urban, hotspots tat-tniġġis tal-arja, il-postijiet marbuta mal-industrija jew il-postijiet marbuta mat-traffiku), biex jiġi vvalutat il-kontribut possibbli mit-trasport fuq medda twila ta’ sustanzi niġġiesa, biex tiġi appoġġata l-analiżi tat-tqassim tas-sorsi u għall-apprezzament ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi bħall-materja partikolata. Hija wkoll essenzjali għal aktar użu ta’ applikazzjonijiet ta’ mmudellar f’żoni urbani wkoll. B. Sustanzi Il-kejl tal-PM2,5 għandu jinkludi tal-anqas il-konċentrazzjoni tal-massa totali u l-konċentrazzjonijiet tal-komposti xierqa biex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni kimika tagħha. Tal-anqas, għandha tiġi inkluża l-lista tal-ispeċijiet kimiċi mogħtija hawn taħt.
C. Għażla tas-sit Il-kejl għandu jittieħed f’postijiet bi sfond urban u bi sfond rurali f’konformità mal-Anness IV. Taqsima 3- Kejl ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu A. Għanijiet L-għanijiet ewlenin tal-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra tal-prekursuri tal-ożonu, li tiġi vverifikata l-effiċjenza tal-istrateġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, li tiġi vverifikata l-konsistenza tal-inventarji tal-emissjonijiet, li jiġi appoġġat il-fehim dwar il-formazzjoni tal-ożonu u dwar il-proċessi ta’ dispersjoni tal-prekursuri, kif ukoll dwar l-applikazzjoni ta’ mudelli fotokimiċi, u li jgħin biex jiġu attribwiti s-sorsi tal-emissjonijiet għall-konċentrazzjonijiet osservati ta’ tniġġis. B. Sustanzi Il-kejl tas-sustanzi prekursuri tal-ożonu għandu jinkludi tal-anqas l-ossidi tan-nitroġenu (NO u NO2), u, kif xieraq, l-il-metanu (CH4) u l-komposti organiċi volatili (VOC). L-għażla tal-komposti speċifiċi li għandhom jitkejlu għandha tiddependi fuq l-għan mixtieq u tista’ tiġi kkomplementata minn komposti oħra ta’ interess. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodu li jqisu bħala xieraq għall-għan mixtieq. Il-metodu ta’ referenza kif speċifikat fl-Anness VI japplika għad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu. Lista ta’ VOC li l-kejl tagħhom huwa rakkomandat tingħata hawn taħt:
C. Għażla tas-sit Il-kejl għandu jittieħed f’punti ta’ kampjunar stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li jitqiesu xierqa fir-rigward tal-għanijiet tal-monitoraġġ imsemmija fil-Punt A ta’ din it-Taqsima. Taqsima 4- Kejl ta’ partikoli ultrafini (UFP) A. Għanijiet L-għan ta’ tali kejl huwa li jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni adegwata f’postijiet fejn iseħħu konċentrazzjonijiet għoljin ta’ UFP li huma influwenzati prinċipalment minn sorsi mit-trasport bl-ajru, bl-ilma jew bit-triq (bħal ajruporti, portijiet jew toroq), siti industrijali jew tisħin domestiku. L-informazzjoni għandha tkun xierqa biex tiġġudika fuq livelli msaħħa ta’ konċentrazzjonijiet ta’ UFP minn dawk is-sorsi. B. Sustanzi UFP. C. Għażla tas-sit Il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Annessi IV u V f’post fejn x’aktarx ikun hemm konċentrazzjonijiet għoljin ta’ UFP u fuq in-naħa favur ir-riħ tas-sorsi ewlenin fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ ta’ dawk is-sorsi. (1) Benżo[a]piren u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8). (2) Meta l-post fejn jinsab supersit ta’ monitoraġġ f’post bi sfond urban ma jippermettix li l-linji gwida u l-kriterji tal-EMEP japplikaw f’konformità mal-Punt C, il-punt (f), tal-Anness IV, il-kejl tad-depożizzjoni korrispondenti jista’ jitwettaq f’post bi sfond urban separat fi ħdan iż-żona ta’ rappreżentattività. (3) Benżo[a]piren u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) l-oħra msemmija fl-Artikolu 9(8). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||