+Artikolu 8 Rapporti ta’ trasparenza mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2

Artikolu 8 Rapporti ta’ trasparenza mill-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti annwali ta’ trasparenza dwar l-attivitajiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tas-sena kalendarja partikolari:

(a)

l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa taħt l-Artikolu 3, fejn jiġu speċifikati l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija soġġetti għall-Artikolu 4(1), l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija skrutinizzati taħt l-Artikolu 4, u tingħata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk l-ordnijiet ta’ tneħħija mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting ikkonċernati, inklużi l-għadd ta’ każijiet li fihom il-kontenut terroristiku tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat u l-għadd ta’ każijiet li fihom il-kontenut terroristiku ma tneħħiex jew l-aċċess għalih ma ġiex diżattivat;

(b)

l-għadd ta’ deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu 5(4), (6) jew (7), u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri speċifiċi;

(c)

l-għadd ta’ każijiet li fihom ordnijiet ta’ tneħħija u deċiżjonijiet meħuda f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (6) kienu soġġetti għal proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju u informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedimenti rilevanti;

(d)

l-għadd ta’ deċiżjonijiet li jimponu penali f’konformità mal-Artikolu 18, u deskrizzjoni tat-tip ta’ penali imposta.

Artikolu 8 2

2.   Ir-rapporti annwali ta’ trasparenza msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu informazzjoni li tista’ tippreġudika l-attivitajiet li jkunu għaddejjin għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew l-interessi tas-sigurtà nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.