+Artikolu 18 Penali
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
|
Artikolu 18 Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament minn fornituri ta’ servizzi ta’ hosting, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għall-fini li jiġi indirizzat il-ksur tal-Artikolu 3(3) u (6), l-Artikolu 4(2) u (7), l-Artikolu 5(1), (2), (3), (5) u (6), l-Artikoli 6, 7, 10 u 11, l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 17.
Il-penali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sas-7 ta’ Ġunju 2022, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, meta jiddeċiedu jekk għandhomx jimponu penali u meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi:
|
(a)
|
in-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
jekk il-ksur kienx intenzjonali jew negliġenti;
|
|
(c)
|
ksur preċedenti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;
|
|
(d)
|
is-saħħa finanzjarja tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;
|
|
(e)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting mal-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(f)
|
in-natura u d-daqs tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, b’mod partikolari jekk huwiex impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju;
|
|
(g)
|
il-grad ta’ tort tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, b’kont meħud tal-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda minnu biex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 18 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku jew persistenti ta’ konformità mal-obbligi taħt l-Artikolu 3(3) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting tas-sena preċedenti tan-negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|