+ANNESS VI PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTT
|
ANNESS VI PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTT
ANNESS VI
PASSAPORT DIĠITALI TAL-PRODOTT
Parti A
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-passaport diġitali tal-prodott
Il-passaport diġitali tal-prodott għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
l-isem kummerċjali, l-identifikatur uniku tal-prodott tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali u immaġni bil-kulur tal-imballaġġ jew tat-tikketta tal-mudell tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali b'ċarezza suffiċjenti li tippermetti l-identifikazzjoni tiegħu;
|
|
(b)
|
l-isem, l-indirizz postali u dak elettroniku u n-numru tat-telefown tal-manifattur u, fejn applikabbli, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, kif ukoll l-identifikatur uniku tal-operatur tal-manifattur;
|
|
(c)
|
ir-referenza għall-fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott li jospita l-kopja ta' riżerva tal-passaport diġitali tal-prodotti:
|
|
(d)
|
l-identifikazzjoni tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali li tippermetti t-traċċabbiltà;
|
|
(e)
|
indikazzjoni li l-passaport diġitali tal-prodott qed jinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur;
|
|
(f)
|
meta applikabbli, il-kodiċijiet tal-komodità kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li taħtu jiġi kklassifikat id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali fil-mument li jinħoloq il-passaport diġitali tal-prodott;
|
|
(g)
|
dikjarazzjoni li l-konformità tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali ma' dan ir-Regolament ġiet murija, u, fejn rilevanti, referenzi għal liġi oħra tal-Unjoni li magħha jikkonforma d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali;
|
|
(h)
|
lista sħiħa ta' sustanzi miżjuda intenzjonalment fid-deterġent jew l-aġent tensjoattiv, identifikati f'konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008; il-preservattivi ta' trasferiment għandhom jiġu elenkati wkoll jekk iridu jiġu inklużi fit-tikketta f'konformità mal-Artikolu 18(3), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew il-Parti A, il-punt 1(h)(iii), tal-Anness V ta' dan ir-Regolament;
|
|
(i)
|
il-lista tal-mikroorganiżmi kollha miżjuda intenzjonalment li jipprovdu l-klassifikazzjoni tassonomika tagħhom (il-ġeneru, l-ispeċi u l-isem jew il-kodiċi tar-razza).
|
L-obbligu msemmi fil-punt (h) ta' din il-Parti ma għandux japplika għad-deterġenti industrijali u istituzzjonali, jew għall-aġenti tensjoattivi, li għalihom informazzjoni ekwivalenti hija provduta permezz ta' skeda tad-data dwar is-sikurezza kif imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Parti B
Informazzjoni li tista' tiġi provduta fil-passaport diġitali tal-prodott
Il-passaport diġitali tal-prodott jista' jinkludi l-informazzjoni tat-tikkettar imsemmija fl-Artikolu 17(3) u (4).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|