+ANNESS III AZZJONIJIET GĦAT-TRASPORTATURI TAL-UE U DAWK MHUX TAL-UE

ANNESS III AZZJONIJIET GĦAT-TRASPORTATURI TAL-UE U DAWK MHUX TAL-UE

ANNESS III

AZZJONIJIET GĦAT-TRASPORTATURI TAL-UE U DAWK MHUX TAL-UE

Miżuri li għandhom jittieħdu u tagħmir li għandu jiġi stabbilit mit-trasportaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE:

(1)

għall-prevenzjoni: verifika, matul u wara t-tagħbija u l-ħatt, li l-pellets tal-plastik jitneħħew kif suppost minn barra tal-mezzi tat-trasport u l-kontejners tal-merkanzija qabel ma jitilqu mill-installazzjoni, u li r-rampi tat-tagħbija u tal-ħatt tal-mezzi tat-trasport jingħalqu meta jitilqu mill-installazzjoni; komunikazzjoni ċara dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-istivar sikur; kontroll viżwali tal-integrità tal-imballaġġ tal-pellets tal-plastik qabel il-vjaġġ; żgurar li fuq, pereżempju, forklifts/tagħmir idrawliku, jintużaw koperturi protettivi sabiex jiġi evitat li jittaqqab l-imballaġġ; prevenzjoni ta' kwalunkwe tnixxija matul il-vjaġġ tat-trasport, pereżempju, billi jiġi żgurat li l-mezzi tat-trasport ikunu teknikament adatti u li l-kontejners tal-merkanzija jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġ, b'issiġillar xieraq; tindif regolari tal-kompartimenti tat-tagħbija, il-kontejners u t-trejlers tal-merkanzija biex jiġi minimizzat it-telf tal-pellets tal-plastik imxerrda; kontroll viżiv tal-fetħiet u tal-integrità tal-kompartimenti tat-tagħbija, il-kontejners u t-trejlers tal-merkanzija biex jiġi kontenut u minimizzat it-telf tal-pellets tal-plastik qabel u, sa fejn ikun possibbli, matul il-vjaġġ, inkluż fit-terminals multimodali, fit-terminals ferrovjarji, fil-portijiet interni u fil-portijiet marittimi.

(2)

għall-konteniment u t-tindif: fejn possibbli, tiswija ta' mballaġġ li tkun saritlu ħsara waqt it-trasport u l-konteniment tal-pellets tal-plastik li jkun fadal fil-kompartiment tat-tagħbija; ġbir tal-pellets tal-plastik imxerrda f'kontejners jew f'boroż magħluqa biex jintremew kif suppost; fejn pellets tal-plastik jiġu trasportati f'tankijiet bl-ingrossa, ftuħ tat-toqba/kon tal-qiegħ tat-tank tas-sajlo biss wara li jiddaħħlu fiż-żona tat-tindif; sostituzzjoni tal-inforra tal-kontejners f'żoni adatti u mhux pubbliċi biss, fejn kwalunkwe tixrid jista' jiġi kontenut; notifika lill-awtoritajiet adatti, bħall-awtoritajiet ta' emerġenza internazzjonali u nazzjonali jew l-awtoritajiet ambjentali tal-Istat Membru fejn seħħ it-telf.

(3)

tagħmir abbord: mill-inqas apparat tat-tidwil portabbli wieħed, għodda tal-idejn (pereżempju xkupi, pali u xkupilji, bramel, tejps tat-tiswija, eċċ.); kontejners għall-ġbir magħluqa/boroż tal-ġbir imsaħħa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.