+ANNESS V Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati tal-imballaġġ
|
ANNESS V Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati tal-imballaġġ
ANNESS V
Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-formati tal-imballaġġ
|
|
Format tal-imballaġġ
|
Użu ristrett
|
Eżempju illustrattiv
|
|
1.
|
Imballaġġ kollettiv tal-plastik li jintuża darba biss
|
L-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss użat fil-punt tal-bejgħ biex jiġbor il-prodotti mibjugħa fi fliexken, f'bottijiet, f'laned, fi bramel u f'pakketti ddisinjati bħala imballaġġ ta' konvenjenza biex jippermetti jew jinkoraġġixxi lill-konsumaturi jixtru aktar minn prodott wieħed. Dan jeskludi l-imballaġġ kollettiv meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġar.
|
Riti ta' kollazzjoni, tgeżwir li jiċkien fid-daqs
|
|
2.
|
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-frott u għall-ħxejjex friski mhux ipproċessati
|
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għal inqas minn 1,5 kg ta' frott u ħxejjex friski ppakkjati bil-lest. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu eżenzjonijiet fir-rigward ta' din ir-restrizzjoni jekk jiġi muri l-bżonn li jiġi evitat telf ta' ilma jew telf ta' turġidità, perikli mikrobijoloġiċi jew xokkijiet fiżiċi, ossidazzjoni, jew jekk ma jkunx hemm possibbiltajiet oħra biex il-frott u l-ħxejjex organiċi ma jitħalltux mal-frott u l-ħxejjex mhux organiċi, f'konformità mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar iċ-ċertifikazzjoni jew it-tikkettar, mingħajr ma jiġġarrbu kostijiet ekonomiċi u amministrattivi sproporzjonati.
|
Xbieki, boroż, trays, kontenituri
|
|
3.
|
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss
|
L-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-ikel u għax-xorb mimli u kkunsmat fil-bini fis-settur HORECA, li jinkludi ż-żoni kollha tal-ikel ġewwa u barra post tan-negozju, li fihom ikun hemm imwejjed u banketti, żoni bilwieqfa, u żoni tal-ikel offruti lill-utenti finali b'mod konġunt minn diversi operaturi ekonomiċi jew parti terza għall-finijiet li jiġi kkunsmat l-ikel u x-xorb. L-istabbilimenti fis-settur tal-HORECA li ma għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb huma eżentati.
|
Trays, platti u tazzi li jintremew wara l-użu, basktijiet,, kaxxi
|
|
4.
|
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss għall-kondimenti, ikel ippreservat, zlazi, prodotti tal-krema tal-kafè, zokkor, u ħwawar fis-settur tal-HORECA
|
Imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss fis-settur HORECA, li fih porzjonijiet jew daqsijiet individwali, li jintuża għall-kondimenti, ikel ippreservat, zlazi, prodotti tal-krema tal-kafè, zokkor u ħwawar, għajr fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
imballaġġ bħal dan jiġi pprovdut flimkien ma' ikel take-away ippreparat minn qabel maħsub għal konsum immedjat mingħajr il-ħtieġa ta' ebda preparazzjoni ulterjuri;
|
|
(b)
|
imballaġġ bħal dan huwa meħtieġ biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-iġjene fi stabbilimenti fejn hemm rekwiżit mediku għal kura individwalizzata, bħal sptarijiet, kliniċi jew djar tal-kura.
|
|
Pakketti, bramel, trays, kaxxi
|
|
5.
|
Imballaġġ tas-settur tal-akkomodazzjoni li jintuża darba biss maħsub għal prenotazzjoni individwali
|
Imballaġġ li jintuża darba biss għall-kożmetiċi, il-prodotti tal-iġjene u tal-indafa personali biex jintużaw fis-settur tal-akkomodazzjoni, kif deskritt fin-NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi, maħsuba għal prenotazzjoni individwali biss u bl-intenzjoni li jintremew qabel jasal il-mistieden ta' wara.
|
Fliexken tax-shampoo, fliexken tal-kremi tal-idejn u tal-ġisem, boroż żgħar madwar s-sapun
|
|
6.
|
Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna
|
Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna meħtieġa għal raġunijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ għall-bejgħ għal ikel sfuż meta dan jgħin biex tiġi pprevenuta l-ħela tal-ikel.
|
Basktijiet irqaq ħafna pprovduti għal merċa bl-ingrossa
|
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|