+ANNESS X

ANNESS X

ANNESS X

Rekwiżiti minimi għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

Għall-fini ta' dan l-Anness, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“operatur tas-sistema” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li hija inkarigata b'responsabbiltà li tistabbilixxi jew topera sistema ta' rifużjoni tad-depożitu fi Stat Membru.

Rekwiżiti ġenerali minimi għas-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu stabbiliti fit-territorji tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

operatur ta' sistema wieħed ikun stabbilit jew liċenzjat jew, fil-każ li jkun hemm aktar minn operatur ta' sistema wieħed, l-Istat Membru għandu jadotta miżuri biex jiżgura l-koordinazzjoni bejn l-operaturi differenti ta' sistema;

(b)

ir-regoli ta' governanza u dawk operazzjonali relatati tas-sistema jippermettu aċċess ugwali u kundizzjonijiet ġusti tal-operaturi ekonomiċi kollha li jixtiequ jsiru parti mis-sistema, sakemm iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ li jappartjeni għal tip jew kategorija ta' imballaġġ inkluża fis-sistema;

(c)

jiġu stabbiliti proċeduri ta' kontroll u sistemi ta' rapportar li jippermettu lill-operatur tas-sistema jikseb data dwar il-ġbir tal-imballaġġ kopert mis-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu;

(d)

jiġi stabbilit livell minimu ta' depożitu, li jkun biżżejjed biex jinkisbu r-rati ta' ġbir meħtieġa;

(e)

jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi dwar il-kapaċità finanzjarja tal-operatur tas-sistema li jippermettu lill-operatur tas-sistema jwettaq il-funzjonijiet tiegħu;

(f)

l-operatur tas-sistema jkun entità ġuridika indipendenti u mingħajr skop ta' qligħ;

(g)

l-operatur tas-sistema jwettaq esklużivament rwoli li jirriżultaw mir-regoli ta' dan ir-Regolament, u kwalunkwe rwol addizzjonali relatat mal-koordinazzjoni u mal-operat tas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu kif stabbilit mill-Istati Membri;

(h)

l-operatur tas-sistema jikkoordina l-funzjonament tas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu;

(i)

l-operatur tas-sistema jżomm bil-miktub:

(i)

statut li jistabbilixxi l-organizzazzjoni interna tas-sistema;

(ii)

evidenza tas-sistema ta' finanzjament tas-sistema;

(iii)

dikjarazzjoni li turi l-konformità tas-sistema mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit fl-Istat Membru li topera fih;

(j)

ammont suffiċjenti tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema jintuża għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika dwar l- immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ;

(k)

l-operaturi tas-sistema jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih topera s-sistema, għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti f'dan l-Anness;

(l)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri finali jkunu obbligati jaċċettaw l-imballaġġ abbinat ma' depożitu tal-materjal u l-format tal-imballaġġ li jiddistribwixxu u li jipprovdu lill-utenti finali b'depożiti rimborżati meta l-imballaġġ abbinat ma' depożitu jiġi rritornat, sakemm l-utenti finali ma jkollhomx mezzi ugwalment aċċessibbli għar-rimborż tad-depożitu wara l-użu tal-imballaġġ abbinat ma' depożitu, permezz ta' wieħed mill-mezzi ta' ġbir li, għall-imballaġġ tal-ikel, jiżguraw ir-riċiklaġġ tal-grad tal-ikel u li huma awtorizzati għal dak l-għan mill-awtoritajiet nazzjonali.

Dan l-obbligu ma japplikax meta l-erja tas-superfiċe tal-bejgħ ma tippermettix lill-utenti finali jirritornaw l-imballaġġ abbinat mad-depożitu. Madankollu, id-distributuri finali dejjem ser ikollhom jaċċettaw ir-ritorn tal-imballaġġ vojt tal-prodotti li jbigħu;

(m)

l-utent finali jkun jista' jirritorna l-imballaġġ abbinat ma' depożitu mingħajr il-ħtieġa li jixtri xi merkanzija; id-depożitu għandu jiġi rimborżat lill-utent finali;

(n)

l-imballaġġ kollu abbinat ma' depożitu li għandu jinġabar minn sistema ta rifużjoni tad-depożitu jkun ittikkettat b'mod ċar, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-ħtieġa li imballaġġ bħal dan jiġi rritornat;

(o)

it-tariffi jkunu trasparenti.

Minbarra r-rekwiżiti minimi, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali, kif xieraq, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari sabiex tiżdied il-purità tal-iskart mill-imballaġġ miġbur, jitnaqqas ir-rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi jew jiġu promossi objettivi oħra tal-ekonomija ċirkolari.

L-Istati Membri b'reġjuni b'livell għoli ta' attivitajiet kummerċjali transkonfinali għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jippermettu l-ġbir tal-imballaġġ mis-sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu ta' Stati Membri oħra fil-punti tal-ġbir deżinjati u għandhom jagħmlu ħilithom biex jippermettu l-possibbiltà ta' ritorn ta' depożitu li jkun ġie impost fuq l-utent finali meta jixtri l-imballaġġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.