+ANNESS XI Pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d)
|
ANNESS XI Pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d)
ANNESS XI
Pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d)
Il-pjan ta' implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 52(2), il-punt (d) għandu jinkludi dan li ġej:
|
(a)
|
il-valutazzjoni tar-rati tal-passat, attwali u mbassra tar-riċiklaġġ, tar-rimi f'landfills u trattament ieħor tal-iskart mill-imballaġġ u l-flussi li huwa kompost minnhom;
|
|
(b)
|
il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u tal-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart stabbiliti skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE;
|
|
(c)
|
ir-raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista' ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stabbilita fl-Artikolu 52(1), il-punt (b) jew (d), fi żmien l-iskadenza stabbilita fih u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;
|
|
(d)
|
il-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 52(1), il-punt (b) jew (d), ta' dan ir-Regolament li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħrajn biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
|
|
(e)
|
l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt (d), id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u l-valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta' estensjoni taż-żmien;
|
|
(f)
|
l-informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġar tal-iskart f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas;
|
|
(g)
|
il-miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ fl-immaniġġar tal-iskart.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|