+8. Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura …
|
8. Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura …
|
8.
|
Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura r-riutilizzabbiltà, ir-riċiklabbiltà u l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat kif meħtieġ skont dan ir-Regolament. Jekk l-imballaġġ ikun maħsub għall-użu mill-ġdid, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Dan ifisser li l-piż jew il-volum tal-imballaġġ jista' jkollu jiżdied aktar minn dak li kieku jkun possibbli skont il-fatturi ta' prestazzjoni l-oħra sabiex, pereżempju, ikun possibbli għadd akbar ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet, biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat jew biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà (pereżempju meta ssir bidla favur materjal wieħed jew kontenut riċiklat wara l-konsum).
|
Parti B Metodoloġija tal-valutazzjoni u determinazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ Il-valutazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ kif deskritt fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), għandha tiġi spjegata fid-dokumentazzjoni teknika u għandha tinkludi tal-inqas:
|
(a)
|
id-deskrizzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni, inkluż id-dettalji tal-kalkolu tal-piż u tal-volum minimu meħtieġ għall-imballaġġ; għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati l-varjazzjonijiet possibbli bejn il-lottijiet tal-produzzjoni għall-istess imballaġġ;
|
|
(b)
|
għal kull kriterju ta' prestazzjoni kif elenkat fil-Parti A, deskrizzjoni li tispjega r-rekwiżit tad-disinn li jipprevjeni tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikola l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott fl-imballaġġ, għall-imballaġġ u għall-utent; għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ; għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta' tnaqqis b'materjal tal-imballaġġ partikolari, bħat-tnaqqis ta' kwalunkwe saff superfluwu li ma jwettaqx funzjoni ta' imballaġġ; is-sostituzzjoni ta' materjal tal-imballaġġ b'materjal ieħor ma għandhiex titqies suffiċjenti;
|
|
(c)
|
kwalunkwe riżultat tat-test, riċerka tas-suq jew studju li jkun intuża għall-valutazzjoni mwettqa skont il-punti (a) u (b).
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|