+ANNESS IV Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ
---+1. Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott …
---+2. Proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jkun kompatibbli …
---+3. Loġistika: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura distribuzzjoni, trasport, immaniġġar u ħżin …
---+4. Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu filwaqt …
---+5. Rekwiżiti tal-informazzjoni: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni …
---+6. Iġjene u sikurezza: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura s-sikurezza tal-utent u …
---+7. Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott fl-imballaġġ …
---+8. Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura …

ANNESS IV Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ

ANNESS IV

Metodoloġija għall-valutazzjoni tal-minimizzazzjoni tal-imballaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott …

1.

Protezzjoni tal-prodott: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-protezzjoni tal-prodott, mill-punt tal-imballaġġ jew mill-mili sal-użu finali, bil-ħsieb tal-prevenzjoni ta' ħsara, telf, deterjorament jew ħela sinifikanti tal-prodott. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu fi protezzjoni minn ħsara mekkanika jew kimika, vibrazzjoni, kompressjoni, umdità, telf ta' ndewwa, ossidazzjoni, dawl, ossiġenu, infezzjoni mikrobijoloġika, pesti, deterjorament tal-proprjetajiet organolettiċi, eċċ. u jinkludu referenzi għal liġijiet speċifiċi tal-Unjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-prodott.
2. Proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jkun kompatibbli …

2.

Proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jkun kompatibbli mal-proċessi tal-manifattura u tal-mili tal-imballaġġ. Il-proċessi tal-manifattura tal-imballaġġ jistgħu jiddeterminaw l-elementi tad-disinn tal-imballaġġ, bħall-forma ta' kontenitur, it-tolleranzi tal-ħxuna, id-daqs, il-fattibbiltà tal-għodod jew l-ispeċifikazzjonijiet li jimminimizzaw l-iskart fil-manifattura. Il-proċessi mħaddma mill-manifattur tal-prodotti jistgħu jeħtieġu wkoll ċerti elementi tad-disinn tal-imballaġġ, bħar-reżistenza għall-impatt u l-istress, is-saħħa mekkanika, il-veloċità u l-effiċjenza taċ-ċinga trasportatriċi għall-imballaġġ, l-istabbiltà waqt il-konsenja, ir-reżistenza għas-sħana, l-għeluq effettiv, l-ispazju vojt fuqani minimu jew l-iġjene.
3. Loġistika: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura distribuzzjoni, trasport, immaniġġar u ħżin …

3.

Loġistika: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura distribuzzjoni, trasport, immaniġġar u ħżin adegwati u sikuri tal-prodott fl-imballaġġ. Ir-rekwiżiti jistgħu jikkonsistu f'koordinazzjoni dimensjonali għall-aħjar użu tal-ispazju, il-kompatibbiltà mas-sistemi ta' tqegħid fuq il-pallets u ta' tneħħija minn fuqhom u s-sistema ta' mmaniġġar u ħżin, u l-integrità tas-sistema tal-imballaġġ matul it-trasport u l-immaniġġar.
4. Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu filwaqt …

4.

Funzjonalità tal-imballaġġ: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura l-funzjonalità tiegħu filwaqt li jqis l-iskop tal-prodott u l-partikolaritajiet li jwasslu għall-bejgħ tiegħu, bħall-bejgħ għal skopijiet ta' rigal jew fl-okkażjoni ta' avvenimenti staġjonali.
5. Rekwiżiti tal-informazzjoni: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni …

5.

Rekwiżiti tal-informazzjoni: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott fl-imballaġġ innifsu, għall-użu, il-ħżin u l-ħarsien tiegħu, inkluż struzzjonijiet ta' sikurezza, tkun tista' tiġi pprovduta lill-utenti finali. Ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prodott, struzzjonijiet għall-ħżin, l-applikazzjoni u l-użu, barcodes u d-data “l-aħjar qabel”.
6. Iġjene u sikurezza: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura s-sikurezza tal-utent u …

6.

Iġjene u sikurezza: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura s-sikurezza tal-utent u tal-konsumatur kif ukoll is-sikurezza u l-iġjene tal-prodott matul id-distribuzzjoni, l-użu finali u r-rimi tal-prodott fl-imballaġġ. Ir-rekwiżiti jistgħu jinkludi dawk dwar id-disinn għall-immaniġġar sikur, għas-sigurtà tat-tfal, elementi kontra l-frodi, is-serq u l-kontrafazzjoni, twissijiet dwar periklu, identifikazzjoni ċara tal-kontenut, apparat għal ftuħ sikur jew għeluq permezz ta' rilaxx tal-pressjoni.
7. Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott fl-imballaġġ …

7.

Rekwiżiti legali: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura li l-imballaġġ u l-prodott fl-imballaġġ jistgħu jikkonformaw mal-liġi applikabbli.
8. Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura …

8.

Il-kontenut riċiklat, ir-riċiklabbiltà u l-użu mill-ġdid: id-disinn tal-imballaġġ għandu jiżgura r-riutilizzabbiltà, ir-riċiklabbiltà u l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat kif meħtieġ skont dan ir-Regolament. Jekk l-imballaġġ ikun maħsub għall-użu mill-ġdid, dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1). Dan ifisser li l-piż jew il-volum tal-imballaġġ jista' jkollu jiżdied aktar minn dak li kieku jkun possibbli skont il-fatturi ta' prestazzjoni l-oħra sabiex, pereżempju, ikun possibbli għadd akbar ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet, biex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni ta' kontenut riċiklat jew biex tittejjeb ir-riċiklabbiltà (pereżempju meta ssir bidla favur materjal wieħed jew kontenut riċiklat wara l-konsum).

Parti B

Metodoloġija tal-valutazzjoni u determinazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ

Il-valutazzjoni tal-volum u tal-piż minimu tal-imballaġġ meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-imballaġġ kif deskritt fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), għandha tiġi spjegata fid-dokumentazzjoni teknika u għandha tinkludi tal-inqas:

(a)

id-deskrizzjoni tal-eżitu tal-valutazzjoni, inkluż id-dettalji tal-kalkolu tal-piż u tal-volum minimu meħtieġ għall-imballaġġ; għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati l-varjazzjonijiet possibbli bejn il-lottijiet tal-produzzjoni għall-istess imballaġġ;

(b)

għal kull kriterju ta' prestazzjoni kif elenkat fil-Parti A, deskrizzjoni li tispjega r-rekwiżit tad-disinn li jipprevjeni tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ mingħajr ma jipperikola l-funzjonalità tal-imballaġġ, inkluż is-sikurezza u l-iġjene, għall-prodott fl-imballaġġ, għall-imballaġġ u għall-utent; għandu jiġi deskritt il-metodu użat għall-identifikazzjoni ta' dawn ir-rekwiżiti tad-disinn u għandhom jiġu spjegati r-raġunijiet li jipprevjenu tnaqqis ulterjuri fil-piż jew fil-volum tal-imballaġġ; għandhom jiġu investigati l-opportunitajiet kollha ta' tnaqqis b'materjal tal-imballaġġ partikolari, bħat-tnaqqis ta' kwalunkwe saff superfluwu li ma jwettaqx funzjoni ta' imballaġġ; is-sostituzzjoni ta' materjal tal-imballaġġ b'materjal ieħor ma għandhiex titqies suffiċjenti;

(c)

kwalunkwe riżultat tat-test, riċerka tas-suq jew studju li jkun intuża għall-valutazzjoni mwettqa skont il-punti (a) u (b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.