+Inventory Management
|
Inventory Management
Keep an inventory of (ICT) assets, monitor their life-cycle and update it periodically and upon every major change in the network, the IT infrastructure, and processes and procedures supporting business functions. Keep records of the following for each ICT asset: unique identifier, location (physical or logical), asset classification, identity of asset owner, information for specific risk assessment on legacy systems, business functions or services supported, business continuity requirements (e.g., RTO, RPO), exposure to external networks, including the internet, links and interdependencies among assets and business functions using each asset, and the end dates of the ICT third-party service provider’s regular, extended and custom support services after which it is no longer supported by its supplier or by an ICT third-party service provider.
Ideally, inventory management is perfomed in an automated and continuous fashion.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 7 Sistemi, protokolli u għodod tal-ICT
Sabiex jindirizzaw u jimmaniġġaw ir-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw u jżommu sistemi, protokolli u għodod tal-ICT aġġornati li huma:
|
|
EULAW
|
Artikolu 8 1
1. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw, jikklassifikaw u jiddokumentaw b’mod adegwat il-funzjonijiet tan-negozju kollha appoġġjati mill-ICT, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT li jappoġġjaw dawk il-funzjonijiet, u r-rwoli u d-dipendenzi tagħhom fir-rigward tar-riskju tal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw kif meħtieġ, u mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza ta’ din il-klassifikazzjoni u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 8 5
5. L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jiddokumentaw il-proċessi kollha li jiddependu fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u għandhom jidentifikaw l-interkonnessjonijiet ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 8 6
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 4 u 5, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu inventarji rilevanti u jaġġornawhom perjodikament u kull darba li sseħħ kwalunkwe bidla kbira kif imsemmi fil-paragrafu 3.
|
|
EULAW
|
Artikolu 4 1.
Bħala parti mill-politiki, mill-proċeduri, mill-protokolli u mill-għodod ta’ sigurtà tal-ICT msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 4 2.
Il-politika dwar il-ġestjoni tal-assi tal-ICT msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)
tippreskrivi l-monitoraġġ u l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-assi tal-ICT identifikati u kklassifikati f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
(b)
tippreskrivi li l-entità finanzjarja żżomm rekords ta’ dawn kollha li ġejjin:
(i)
l-identifikatur uniku ta’ kull assi tal-ICT;
(ii)
informazzjoni dwar il-post, fiżiku jew loġiku, tal-assi kollha tal-ICT;
(iii)
il-klassifikazzjoni tal-assi kollha tal-ICT, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2254;
(iv)
l-identità tas-sidien tal-assi tal-ICT;
(v)
il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju appoġġati mill-assi tal-ICT;
(vi)
ir-rekwiżiti tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, inklużi l-objettivi tal-ħin ta’ rkupru u l-objettivi tal-punt ta’ rkupru;
(vii)
jekk l-assi tal-ICT jistax ikun jew huwiex espost għal networks esterni, inkluż l-Internet;
(viii)
ir-rabtiet u l-interdipendenzi fost l-assi tal-ICT u l-funzjonijiet tan-negozju bl-użu ta’ kull assi tal-ICT;
(ix)
meta applikabbli, għall-assi kollha tal-ICT, id-dati tat-tmiem tas-servizzi ta’ appoġġ regolari, estiż u personalizzat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li warajhom dawk l-assi tal-ICT ma jibqgħux appoġġati mill-fornitur tagħhom jew minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;
(c)
għall-entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, tippreskrivi li dawk l-entitajiet finanzjarji jżommu rekords tal-informazzjoni meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni speċifika tar-riskju tal-ICT fis-sistemi tal-ICT miruta kollha msemmija fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
EULAW
|
Artikolu 5 1.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw proċedura għall-ġestjoni tal-assi tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 5 2.
Il-proċedura għall-ġestjoni tal-assi tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-kriterji għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-kritikalità tal-assi tal-informazzjoni u tal-assi tal-ICT li jappoġġaw il-funzjonijiet tan-negozju. Dik il-valutazzjoni għandha tqis:
(a)
ir-riskju tal-ICT relatat ma’ dawk il-funzjonijiet tan-negozju u d-dipendenzi tagħhom fuq l-assi tal-informazzjoni jew l-assi tal-ICT;
(b)
kif it-telf ta’ kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà ta’ dawn l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT jaffettwa l-proċessi u l-attivitajiet tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji.
|
- NOREA -
EN: DORA in Control Framework of NOREA, the Dutch professional association of IT auditors, https://www.norea.nl/. © NOREA. Reproduced with the permission of NOREA; converted into the GRCA format. Only the version published by NOREA is authoritative.
DE: DORA in Control Framework von NOREA, dem niederländischen Berufsverband der IT-Auditoren, https://www.norea.nl/. © NOREA. Wiedergabe mit Genehmigung von NOREA; in das GRCA-Format umgewandelt. Maßgeblich ist allein die von NOREA veröffentlichte Fassung.
|