+Artikolu 43 Lista ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5

Artikolu 43 Lista ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1

1.   Kull Stat Membru għandu joħroġ u jżomm aġġornata lista li tindika eżattament il-funzjonijiet li, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali, mar-regolamenti u mad-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu, jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti għall-finijiet tal- Artikolu 2(1), il-punt (34). L-Istati Membri għandhom jitolbu li kull organizzazzjoni internazzjonali akkreditata fit-territorju tagħhom toħroġ u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti f’dik l-organizzazzjoni internazzjonali għall-finijiet) tal-Artikolu 2(1), il-punt (34). Dawk il-listi għandhom jinkludu wkoll kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi fdata lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ korpi internazzjonali akkreditati fil-livell tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-listi, kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir fihom, lill-Kummissjoni u lill-AMLA.

Artikolu 43 2

2.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-format għall-istabbiliment u l-komunikazzjoni tal-listi tal-Istati Membri ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti skont il-paragrafu 1. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2).

Artikolu 43 3

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 85 sabiex tissupplimenta l-Artikolu 2(1), il-punt (34), meta l-listi nnotifikati minn Stati Membri skont il-paragrafu 1 jidentifikaw kategoriji addizzjonali komuni ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti u dawk il-kategoriji ta’ funzjonijiet pubbliċi prominenti jkunu ta’ rilevanza għall-Unjoni kollha kemm hi.

Meta tfassal atti delegati skont l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-AMLA.

Artikolu 43 4

4.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm aġġornata lista tal-funzjonijiet eżatti li jikkwalifikaw bħala funzjonijiet pubbliċi prominenti fil-livell tal-Unjoni. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll kwalunkwe funzjoni li tista’ tiġi fdata lir-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u ta’ korpi internazzjonali akkreditati fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 43 5

5.   Il-Kummissjoni għandha tiġbor, abbażi tal-listi previsti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, lista unika tal-funzjonijiet pubbliċi prominenti kollha għall-finijiet tal-Artikolu 2(1), il-punt (34). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista unika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-AMLA għandha tagħmel dik il-lista disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit