+Artikolu 45 Miżuri għal persuni li ma jibqgħux esposti politikament
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
|
Artikolu 45 Miżuri għal persuni li ma jibqgħux esposti politikament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1
|
1. Meta persuna esposta politikament ma tibqax fdata b’funzjoni pubblika prominenti mill-Unjoni, minn Stat Membru, minn pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iqisu r-riskju kontinwu ppreżentat minn dik il-persuna, b’riżultat tal-funzjoni preċedenti tiegħu jew tagħha, fil-valutazzjoni tagħhom tar-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mal-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 45 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri msemmijin fl-Artikolu 34(4) sabiex itaffu r-riskji ppreżentati mill-persuna esposta politikament, sa dak iż-żmien li r-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jibqgħux jeżistu, iżda fi kwalunkwe każ għal mhux anqas minn 12-il xahar wara ż-żmien meta l-individwu ma jibqax fdat b’funzjoni pubblika prominenti.
|
|
Artikolu 45 3
|
3. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika kif xieraq meta entità marbuta b’obbligu twettaq tranżazzjoni okkażjonali jew tidħol f’relazzjoni tan-negozju ma’ persuna li fil-passat kienet fdata b’funzjoni pubblika prominenti mill-Unjoni, minn Stat Membru, minn pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|