Artikolu 14
Obbligu li d-data ssir disponibbli abbażi ta' ħtieġa eċċezzjonali
Fejn korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni juru ħtieġa eċċezzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 15, li jużaw ċerta data, inkluż il- metadata rilevanti neċessarja għall-interpretazzjoni u l-użu ta' dik id-data, biex iwettqu d-dmirijiet statutorji tagħhom fl-interess pubbliku, id-detenturi tad-data li huma persuni ġuridiċi, għajr korpi tas-settur pubbliku, li jkollhom dik id-data għandhom jagħmluha disponibbli fuq talba debitament ġustifikata.