+Artikolu 19 Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi tal-Unjoni
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
---+Artikolu 19 4
|
Artikolu 19 Obbligi tal-korpi tas-settur pubbliku, tal-Kummissjoni, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-korpi tal-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni li jirċievu data fuq talba magħmula skont l-Artikolu 14 għandhom:
|
(a)
|
ma jużawx id-data b'mod li ma jkunx kompatibbli mal-għan li għalih tkun intalbet;
|
|
(b)
|
ikunu implimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi li jippreservaw il-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data mitluba u s-sigurtà tat-trasferimenti tad-data, b'mod partikolari d-data personali, u jissalvagwardaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;
|
|
(c)
|
iħassru d-data hekk kif ma tibqax aktar neċessarja għall-għan iddikjarat u jinformaw lid-detentur tad-data u lill-individwi jew lill-organizzazzjonijiet li jkunu rċevew id-data skont l-Artikolu 21(1) mingħajr dewmien żejjed li d-data tkun tħassret, sakemm ma jkunx meħtieġ l-arkivjar tad-data f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti fil-kuntest tal-obbligi ta' trasparenza.
|
|
|
Artikolu 19 2
|
2. Korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, korp tal-Unjoni jew parti terza li jirċievu data skont dan il-Kapitolu ma għandhomx:
|
(a)
|
jużaw id-data jew l-għarfien dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-assi u l-metodi ta' produzzjoni jew ta' operat tad-detentur tad-data biex jiżviluppaw jew itejbu prodott konness jew servizz relatat li jikkompeti mal-prodott konness jew mas-servizz relatat tad-detentur tad-data;
|
|
(b)
|
jikkondividu d-data ma' parti terza oħra għal kwalunkwe wieħed mill-għanijiet imsemmija fil-punt (a).
|
|
|
Artikolu 19 3
|
3. L-iżvelar ta' sigrieti kummerċjali lil korp tas-settur pubbliku, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni għandu jkun meħtieġ biss sa fejn ikun strettament neċessarju biex jintlaħaq l-għan ta' talba skont l-Artikolu 15. F'każ bħal dan, id-detentur tad-data jew, jekk ma jkunux l-istess persuna, id-detentur ta' sigriet kummerċjali għandu jidentifika d-data li tkun protetta bħala sigriet kummerċjali, inkluż fil- metadata rilevanti. Il-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni għandhom, qabel l-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi kollha neċessarji u xierqa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, inkluż, skont kif ikun xieraq, l-użu ta' mudelli ta' termini kuntrattwali, standards tekniċi u l-applikazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta.
|
|
Artikolu 19 4
|
4. Korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew korp tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli għas-sigurtà tad-data li jirċievu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|