3. L-iżvelar ta' sigrieti kummerċjali lil korp tas-settur pubbliku, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew jew lil korp tal-Unjoni għandu jkun meħtieġ biss sa fejn ikun strettament neċessarju biex jintlaħaq l-għan ta' talba skont l-Artikolu 15. F'każ bħal dan, id-detentur tad-data jew, jekk ma jkunux l-istess persuna, id-detentur ta' sigriet kummerċjali għandu jidentifika d-data li tkun protetta bħala sigriet kummerċjali, inkluż fil- metadata rilevanti. Il-korp tas-settur pubbliku, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-korp tal-Unjoni għandhom, qabel l-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi kollha neċessarji u xierqa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali, inkluż, skont kif ikun xieraq, l-użu ta' mudelli ta' termini kuntrattwali, standards tekniċi u l-applikazzjoni ta' kodiċijiet ta' kondotta.