+Artikolu 29 Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7
|
Artikolu 29 Irtirar gradwali tal-imposti tal-qlib
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Mit-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data ma għandhom jimponu l-ebda imposta tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. Mill-11 ta’ Jannar 2024 sat-12 ta’ Jannar 2027, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jistgħu jimponu imposti mnaqqsa tal-qlib fuq il-klijent għall-proċess tal-qlib.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. L-imposti mnaqqsa tal-qlib imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet imġarrba mill-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data li huma direttament marbuta mal-proċess tal-qlib ikkonċernat.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. Qabel ma jidħlu f’kuntrattwali ma' klijent, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu lill-klijent prospettiv informazzjoni ċara dwar it-tariffi ta' servizz standard u l-penali ta' terminazzjoni bikrija li jistgħu jiġu imposti, kif ukoll dwar l-imposti mnaqqsa tal-qlib li jistgħu jiġu imposti matul il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Meta jkun rilevanti, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jipprovdu informazzjoni lil konsumatur dwar servizzi tal-ipproċessar tad-data li jinvolvu qlib kumpless ħafna jew għali jew li għalihom ikun impossibbli li jsir qlib mingħajr interferenza sinifikanti fid-data, fl-assi diġitali jew fl-arkitettura tas-servizz.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Fejn ikun applikabbli, il-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5 disponibbli pubblikament għall-klijenti permezz ta' taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom jew bi kwalunkwe mod ieħor faċilment aċċessibbli.
|
|
Artikolu 29 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ biex il-Kummissjoni timmonitorja l-imposti tal-qlib, imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data fis-suq sabiex tiżgura li l-irtirar u t-tnaqqis ta' imposti tal-qlib skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jintlaħqu f'konformità mal-iskadenzi previsti f'dawk il-paragrafi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|