+Artikolu 34 Kundizzjonijiet ġenerali għall-impożizzjoni tal-multi amministrattivi fuq l-entitajiet essenzjali u importanti
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
---+Artikolu 34 6.
---+Artikolu 34 7.
---+Artikolu 34 8.

Artikolu 34 Kundizzjonijiet ġenerali għall-impożizzjoni tal-multi amministrattivi fuq l-entitajiet essenzjali u importanti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-multi amministrattivi imposti fuq l-entitajiet essenzjali u importanti skont dan l-Artikolu fir-rigward tal-ksur ta' din id-Direttiva jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi ta' kull każ individwali.
Artikolu 34 2.
Il-multi amministrattivi għandhom jiġu imposti flimkien ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (a) sa (h), l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 33(4), il-punti (a) sa (g).
Artikolu 34 3.
Meta jkun qed jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi imposta multa amministrattiva u tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tagħha f'kull każ individwali, mill-inqas għandha tingħata attenzjoni għall-elementi previsti fl-Artikolu 32(7).
Artikolu 34 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet essenzjali jiġu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' mill-inqas EUR 10 000 000 jew ta' massimu ta' mill-inqas 2 % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità essenzjali, skont liema minnhom tkun l-iżjed.
Artikolu 34 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiksru l-Artikolu 21 jew 23, l-entitajiet importanti jiġu soġġetti, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għal multi amministrattivi li jammontaw għal massimu ta' mill-inqas EUR 7 000 000 jew għal massimu ta' mill-inqas 1,4  % tal-fatturat annwali dinji totali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża li lilha tappartjeni l-entità importanti, skont liema minnhom tkun l-iżjed.
Artikolu 34 6.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu s-setgħa li jimponu ħlasijiet perjodiċi ta' pieni biex iġiegħlu lil entità essenzjali jew importanti twaqqaf ksur ta' din id-Direttiva f'konformità ma' deċiżjoni preċedenti tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 34 7.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 32 u 33, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi r-regoli dwar jekk u sa fejn il-multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika.
Artikolu 34 8.
Meta s-sistema legali ta' Stat Membru ma jipprevedix multi amministrattivi, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li dan l-Artikolu jiġi applikat b'tali mod li l-multa tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta minn qrati jew tribunali nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet li jadotta skont dan il-paragrafu sas-17 ta’ Ottubru 2024 u, mingħajr dewmien, kwalunkwe liġi ta' emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit