+Artikolu 6 Trasparenza tal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 Trasparenza tal-integrazzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:

(a) 

il-mod kif jiġu integrati riskji għas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' investiment; u

(b) 

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatti probabbli ta' riskji għas-sostenibbiltà fuq ir-rendimenti tal-prodotti finanzjarji li huma jagħmlu disponibbli.

Fejn il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li r-riskji għas-sostenibbiltà mhumiex rilevanti, id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u konċiża tar-raġunijiet għal dan.

Artikolu 6 2.

Il-konsulenti finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta’ dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:

(a) 

il-mod kif jiġu integrati riskji għas-sostenibbiltà fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni, u

(b) 

ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-impatti probabbli ta' riskji għas-sostenibbiltà fuq ir-rendimenti tal-prodotti finanzjarji li dwarhom jagħtu pariri.

Fejn il-konsulenti finanzjarji jqisu li r-riskji għas-sostenibbiltà mhumiex rilevanti, id-deskrizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u konċiża tar-raġunijiet għal dan.

Artikolu 6 3.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddivulgata b’dan il-mod:

(a) 

għall-AIFMs, fid-divulgazzjonijiet lill-investituri msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(c) 

għall-IORPs, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d) 

għall-maniġers ta' fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e) 

għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f) 

għall-manifatturi ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub, fi żmien sew qabel investitur fil-livell tal-konsumatur ikun marbut minn kuntratt relatat ma’ prodott tal-pensjoni;

(g) 

għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h) 

għad-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(i) 

għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j) 

għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' prodotti tal-pensjoni esposti għal fluttwazzjonijiet tas-suq, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(k) 

għall-AIFMs ta' ELTIFs, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/760;

(l) 

għall-fornituri tal-PEPPs, fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2019/1238.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit