|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddivulgata b’dan il-mod:
(a)
għall-AIFMs, fid-divulgazzjonijiet lill-investituri msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2009/138/KE jew, fejn rilevanti, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
(c)
għall-IORPs, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
(d)
għall-maniġers ta' fondi kwalifikanti ta’ kapital ta’ riskju, fl-għoti ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;
(e)
għall-maniġers ta’ fondi kwalifikanti ta’ intraprenditorija soċjali, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;
(f)
għall-manifatturi ta’ prodotti tal-pensjoni, bil-miktub, fi żmien sew qabel investitur fil-livell tal-konsumatur ikun marbut minn kuntratt relatat ma’ prodott tal-pensjoni;
(g)
għall-kumpanniji maniġerjali tal-UCITS, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;
(h)
għad-ditti ta’ investiment li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(i)
għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jipprovdu mmaniġġar ta’ portafolji jew jipprovdu parir dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(j)
għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni u impriżi tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu parir dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' prodotti tal-pensjoni esposti għal fluttwazzjonijiet tas-suq, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97;
(k)
għall-AIFMs ta' ELTIFs, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2015/760;
(l)
għall-fornituri tal-PEPPs, fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2019/1238. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|