+Artikolu 47c Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi
---+Artikolu 47c 1.
---+Artikolu 47c 2.
---+Artikolu 47c 3.
---+Artikolu 47c 4.
---+Artikolu 47c 4a.
---+Artikolu 47c 5.
---+Artikolu 47c 6.
|
Artikolu 47c Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47c 1.
|
Għall-finijiet tal-punt (m) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont applikabbli ta' kopertura insuffiċjenti b'mod separat għal kull skopertura improduttiva li għandu jitnaqqas minn entrati tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni billi jitnaqqas l-ammont determinat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu mill-ammont determinat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fejn l-ammont imsemmi fil-punt (a) jaqbeż l-ammont imsemmi fil-punt (b):
(a)
it-total ta':
(i)
il-parti mhux garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 2;
(ii)
il-parti garantita ta' kull skopertura improduttiva, jekk ikun il-każ, immultiplikata bil-fattur applikabbli msemmi fil-paragrafu 3;
(b)
it-total tal-entrati li ġejjin dment li jkunu relatati mal-istess skopertura improduttiva:
(i)
aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu;
(ii)
aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 34 u 105;
(iii)
tnaqqis ieħor minn fondi proprji;
(iv)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ammonti ta' skoperturi peżati skont ir-riskju bl-użu tal-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni, il-valur assolut tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) li jirrelataw ma' skoperturi improduttivi, fejn il-valur assolut li jista' jiġi attribwit għal kull skopertura improduttiva jiġi ddeterminat permezz tal-multiplikazzjoni tal-ammonti mnaqqsin skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) bil-kontribuzzjoni tal-ammont ta' telf mistenni għall-iskopertura improduttiva għall-ammonti totali ta' telf mistenni għal skoperturi inadempjenti u mhux inadempjenti, kif applikabbli.
(v)
fejn skopertura improduttiva tinxtara bi prezz aktar baxx mill-ammont dovut mid-debitur, id-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-ammont dovut mid-debitur;
(vi)
ammonti mħassra mill-istituzzjoni minn meta l-iskopertura ġiet ikklassifikata bħala improduttiva.
Il-parti garantita ta' skopertura improduttiva hija dik il-parti tal-iskopertura li, għall-fini tal-kalkolu tal-rekwiżiti tal-fondi proprji skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta, hija meqjusa bħala koperta minn protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu jew protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu jew garantita bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki. Il-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva tikkorrispondi għad-differenza, jekk ikun il-każ, bejn il-valur tal-iskopertura kif stipulat fl-Artikolu 47a(1) u l-parti garantita tal-iskopertura, jekk ikun il-każ.
|
|
Artikolu 47c 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
(a)
0,35 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tielet sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(b)
1 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.
|
|
Artikolu 47c 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-fatturi li ġejjin:
(a)
0,25 għall-parti mhux garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tar-raba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(b)
0,35 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tal-ħames sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(c)
0,55 għall-parti garantita ta' skopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-sitt sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(d)
0,70 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(e)
0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tas-seba' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(f)
0,80 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(g)
1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata jew mhux iffinanzjata skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(h)
0,85 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn l-ewwel u l-aħħar jum tad-disa' sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva;
(i)
1 għall-parti ta' skopertura improduttiva garantita minn proprjetà immobbli skont it-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li hu self residenzjali ggarantit minn fornitur tal-produzzjoni eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 201, li għandu jiġi applikat mill-ewwel jum tal-għaxar sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva.
|
|
Artikolu 47c 4.
|
►M17
B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-fatturi li ġejjin għandhom japplikaw għall-parti tal-iskopertura improduttiva garantita jew kontrogarantita minn fornitur tal-protezzjoni eliġibbli msemmi fl-Artikolu 201(1), il-punti (a) sa (e), l-iskopertura mhux garantita li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 0 % skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2: ◄
▼M7
(a)
0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandu jiġi applikat tul il-perjodu bejn sena u seba' snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva; u
▼M17
(b)
1 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva li għandha tiġi applikata mill-ewwel jum tat-tmien sena wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, sakemm il-fornitur tal-protezzjoni eliġibbli ma jkunx qabel li jissodisfa bis-sħiħ l-obbligi ta' pagament kollha tad-debitur lejn l-istituzzjoni u f'konformità mal-iskeda ta' pagament kuntrattwali oriġinali, f'liema każ għandu japplika fattur ta' 0 għall-parti garantita tal-iskopertura improduttiva.
|
|
Artikolu 47c 4a.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, il-parti tal-iskopertura improduttiva garantitajew assigurata minn aġenzija uffiċjali ta' kreditu għall-esportazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 47c 5.
|
L-EBA għandha tivvaluta l-firxa ta' prattiki applikati għall-valutazzjoni ta' skoperturi improduttivi garantiti u tista' tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika metodoloġija komuni, inkluż rekwiżiti possibbli minimi għall-valutazzjoni mill-ġdid f'termini ta' żmien u metodi ad hoc, għall-valutazzjoni prudenzjali ta' forom eliġibbli ta' protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu u protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, partikolarment fir-rigward ta' preżunzjonijiet relatati mal-irkuprabbiltà u l-inforzabbiltà tagħhom. Dawk il-linji gwida jistgħu jinkludu wkoll metodoloġija komuni għad-determinazzjoni tal-parti garantita ta' skopertura improduttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 47c 6.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, fejn skopertura tkun, bejn sena u sentejn wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, ingħatat miżura ta' tolleranza, il-fattur applikabbli f'konformità mal-paragrafu 2 fid-data meta tingħata l-miżura ta' tolleranza għandu jkun applikabbli għal perjodu addizzjonali ta' sena. B'deroga mill-paragrafu 2, fejn skopertura tkun, bejn sena u sentejn wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, ingħatat miżura ta' tolleranza bejn sentejn u sitt snin wara l-klassifikazzjoni tagħha bħala improduttiva, il-fattur applikabbli f'konformità mal-paragrafu 3 fid-data meta tingħata l-miżura ta' tolleranza għandu jkun applikabbli għal perjodu addizzjonali ta' sena. Dan il-paragrafu għandu japplika biss b'rabta mal-ewwel miżuri ta' tolleranza li tkun ingħatat mill-klassifikazzjoni tal-iskopertura bħala improduttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|