+Artikolu 72e Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 72e 1.
---+Artikolu 72e 2.
---+Artikolu 72e 3.
---+Artikolu 72e 4.
---+Artikolu 72e 5.
|
Artikolu 72e Tnaqqis minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 72e 1.
|
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Artikolu 92a għandhom inaqqsu dawn li ġejjin mill-elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli:
(a)
parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti proprji ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż obbligazzjonijiet proprji li dik l-istituzzjoni tista' tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta' obbligi kuntrattwali eżistenti;
(b)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII li magħhom l-istituzzjoni għandha parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkunu ġew deżinjati biex artifiċjalment ikabbru l-kapaċità tal-entità ta' riżoluzzjoni tal-assorbiment tat-telf u tar-rikapitalizzazzjoni;
(c)
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 72i ta' assi materjali diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet;
(d)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' entitajiet G-SII, meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f'dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas.
|
|
Artikolu 72e 2.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istrumenti kollha li jikklassifikaw pari passu mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu trattati bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' strumenti li jikklassifikaw pari passu ma' strumenti rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72b(3) u (4).
|
|
Artikolu 72e 3.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont ta' assi materjali ta' strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3) kif ġej:
fejn:
|
h
|
=
|
l-ammont ta' assi materjali tal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 72b(3);
|
|
i
|
=
|
l-indiċi li juri l-istituzzjoni emittenti;
|
|
Hi
|
=
|
l-ammont totali ta' assi materjali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3);
|
|
li
|
=
|
l-ammont ta' obbligazzjonijiet inklużi fl-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli mill-istituzzjoni emittenti i fil-limiti speċifikati fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-istituzzjoni emittenti; u
|
|
Li
|
=
|
l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet pendenti tal-istituzzjoni emittenti i msemmija fl-Artikolu 72b(3) skont l-aħħar divulgazzjonijiet mill-emittent.
|
|
|
Artikolu 72e 4.
|
Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħal din l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali holdings billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:
mi = max{0; OPi + LPi – max{0; β · [Oi + Li – max{ri · aRWAi; wi · aLREi}]}}
fejn:
|
i
|
=
|
l-indiċi li juri s-sussidjarja;
|
|
OPi
|
=
|
l-ammont ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;
|
|
LPi
|
=
|
l-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;
|
|
β
|
=
|
perċentwal ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali, ikkalkulat kif ġej:
; |
|
Oi
|
=
|
l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;
|
|
Li
|
=
|
l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;
|
|
ri
|
=
|
il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ekwivalenti ta’ riżoluzzjoni applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;
|
|
aRWAi
|
=
|
l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3), b’kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12a jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat skont ir-regolament lokali applikabbli;
|
|
wi
|
=
|
il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ta’ riżoluzzjoni ekwivalenti applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;
|
|
aLREi
|
=
|
il-kejl tal-iskopertura totali tal-entità G-SII i kkalkulat skont l-Artikolu 429(4) jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali applikabbli.
|
Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta’ holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dan l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja.
|
|
Artikolu 72e 5.
|
L-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b), (c) u (d), tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom inaqqsu mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli l-holdings tagħhom ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu miżmuma minn istituzzjoni jew entità li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda li tkun sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;
(b)
l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92b ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE;
(c)
l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) jkunu nħarġu minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 92b(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni u li tkun tappartjeni għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a).
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx jitnaqqsu meta l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tkun obbligata tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi konsolidata u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun inkluża fil-konsolidazzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kkunsidrati għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b;
(b)
obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92b(2) u (3);
(b)
fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|