+Artikolu 72e 4.

Artikolu 72e 4.

Meta istituzzjoni prinċipali tal-UE jew istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija soġġetta għall-Artikolu 92a jkollha holdings diretti, indiretti jew sintetiċi ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ sussidjarja waħda jew iktar li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħal din l-istituzzjoni prinċipali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali, wara li tqis debitament l-opinjoni tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz ta’ kwalunkwe sussidjarja kkonċernata, tista’ tippermetti lill-istituzzjoni prinċipali tnaqqas tali holdings billi tnaqqas ammont iktar baxx speċifikat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni prinċipali. Dak l-ammont aġġustat għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont (m) ikkalkulat kif ġej:

mi = max{0; OPi + LPi – max{0; β · [Oi + Li – max{ri · aRWAi; wi · aLREi}]}}

fejn:

i

=

l-indiċi li juri s-sussidjarja;

OPi

=

l-ammont ta’ strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

LPi

=

l-ammont ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa mis-sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali;

β

=

perċentwal ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn sussidjarja i u miżmuma mill-istituzzjoni prinċipali, ikkalkulat kif ġej:

image

;

Oi

=

l-ammont ta’ fondi proprji tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

Li

=

l-ammont ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tas-sussidjarja i, mingħajr ma jittieħed kont tat-tnaqqis ikkalkolat skont dan il-paragrafu;

ri

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ekwivalenti ta’ riżoluzzjoni applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dak ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;

aRWAi

=

l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-entità G-SII i kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3), b’kont meħud tal-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 12a jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat skont ir-regolament lokali applikabbli;

wi

=

il-proporzjon applikabbli għas-sussidjarja i fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni tagħha f’konformità mal-Artikolu 92a(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament u tal-Artikolu 45c(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, rekwiżit ta’ riżoluzzjoni ekwivalenti applikabbli għas-sussidjarja i fil-pajjiż terz fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, sa fejn dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat bi strumenti li jitqiesu bħala fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan ir-Regolament;

aLREi

=

il-kejl tal-iskopertura totali tal-entità G-SII i kkalkulat skont l-Artikolu 429(4) jew, għal sussidjarji ta’ pajjiżi terzi, ikkalkulat f’konformità mar-regolamenti nazzjonali applikabbli.

Meta l-istituzzjoni prinċipali titħalla tnaqqas l-ammont aġġustat skont l-ewwel subparagrafu, id-differenza bejn l-ammont ta’ holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-ewwel subparagrafu u dan l-ammont aġġustat għandu jitnaqqas mis-sussidjarja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit