+Artikolu 72e 5.

Artikolu 72e 5.

L-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (b), (c) u (d), tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom inaqqsu mill-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli l-holdings tagħhom ta’ strumenti ta’ fondi proprji u ta’ strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli jkunu miżmuma minn istituzzjoni jew entità li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni iżda li tkun sussidjarja ta’ entità ta’ riżoluzzjoni jew ta’ entità ta’ pajjiż terz li tkun entità ta’ riżoluzzjoni li kieku kienet stabbilita fl-Unjoni;

(b) 

l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tkun meħtieġa tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 92b ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c) 

l-istrumenti ta’ fondi proprji u l-istrumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli miżmuma mill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) jkunu nħarġu minn istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 92b(1) ta’ dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE li ma tkunx hija stess entità ta’ riżoluzzjoni u li tkun tappartjeni għall-istess grupp ta’ riżoluzzjoni bħall-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-holdings ta’ strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ma għandhomx jitnaqqsu meta l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tkun obbligata tikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi konsolidata u l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tkun inkluża fil-konsolidazzjoni tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli kkunsidrati għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92b;

(b) 

obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-referenza għal strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

strumenti ta’ fondi proprji u strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 92b(2) u (3);

(b) 

fondi proprji u obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit