+Artikolu 77 Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.

Artikolu 77 Kondizzjonijiet għat-tnaqqis ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.

Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti biex tagħmel kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tnaqqas, tifdi jew tixtri mill-ġdid strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa mill-istituzzjoni f'mod li jkun permess skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(b) 

tnaqqas, tqassam u tikklassifika mill-ġdid bħala entrata oħra ta' fondi proprji il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati ma' strumenti ta' fondi proprji;

(c) 

twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 jew ta' Grad 2 qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.

Artikolu 77 2.
Istituzzjoni għandha tikseb il-permess minn qabel tal-awtorità ta' riżoluzzjoni biex twettaq ix-xiri, it-tifdija, il-ħlas lura jew ix-xiri mill-ġdid ta' strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li mhumiex koperti mill-paragrafu 1, qabel id-data tal-maturità kuntrattwali tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit