+Artikolu 79 Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 79 1.
---+Artikolu 79 2.

Artikolu 79 Rinunzja temporanja mit-tnaqqis mill-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 79 1.
Meta istituzzjoni jkollha strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' fondi proprji f'entità tas-settur finanzjarju jew bħala strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli f'istituzzjoni u fejn l-awtorità kompetenti tqis li dawk l-assi materjali ikunu għall-finijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex jorganizzaw mill-ġdid u jirkupraw mill-ġdid il-vijabbiltà ta' dik l-entità jew dik l-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista' teżenta fuq bażi temporanja d-dispożizzjonijiet fuq tnaqqis li kieku japplikaw għal dawk l-istrumenti.
Artikolu 79 2.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kunċett ta’ temporanju għall-finijiet tal-paragrafu 1 u l-kondizzjonijiet skont liema awtorità kompetenti tista’ tqis li dawk il-holdings temporanji jkunu għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex torganizza u ssalva lil dik l-entità.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit