+Artikolu 80 Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 80 1.
---+Artikolu 80 2.
---+Artikolu 80 3.
---+Artikolu 80 4.

Artikolu 80 Analiżi kontinwa tal-kwalità ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 80 1.
L-ABE għandha timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet madwar l-Unjoni u għandha minnufih tinnotifika lill-Kummissjoni fejn ikun hemm evidenza sinifikanti li dawk l-istrumenti ma jilħqux il-kriterji tal-eliġibbiltà rispettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien u fuq talba tal-ABE, jibagħtu l-informazzjoni kollha lill-ABE li l-ABE tqis bħala rilevanti rigward l-istrumenti kapitali ġodda jew tipi ġodda ta' obbligazzjonijiet maħruġa sabiex l-ABE tkun tista' timmonitorja l-kwalità tal-istrumenti tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġa minn istituzzjonijiet fl-Unjoni kollha.

Artikolu 80 2.

Notifika għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

spjegazzjoni dettaljata tan-natura u l-grad tan-nuqqas identifikat;

(b) 

parir tekniku dwar l-azzjoni mill-Kummissjoni li l-ABE tikkunsidra li tkun meħtieġa;

(c) 

żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 80 3.

L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti li tikkunsidra li jkun meħtieġ għad-definizzjoni tal-fondi proprji u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli bħala riżultat ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

▼B

(a) 

żviluppi rilevanti fl-istandards jew fil-prattika tas-suq;

(b) 

tibdil fl-istandards rilevanti ġuridiċi jew kontabilistiċi;

(c) 

żviluppi sinifikanti fil-metodoloġija tal-ABE għall-ittestjar għal stress tas-solvenza tal-istituzzjonijiet.

Artikolu 80 4.
L-ABE għandha tipprovdi parir tekniku lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014 dwar trattament possibbli ta’ qligħ mhux realizzat imkejjel f’valur ġust minbarra li tinkludihom f’’Ekwità Komuni ta’ Grad 1 mingħajr aġġustament. Tali rakkomandazzjonijiet għandhom jieħdu kont ta’ żviluppi rilevanti fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u fi ftehimiet internazzjonali dwar standards prudenzjali għall-banek.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit