+Artikolu 89 Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ holdings kwalifikattivi ’l barra mis-settur finanzjarju
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
|
Artikolu 89 Ippeżar tar-riskju u l-projbizzjoni ta’ holdings kwalifikattivi ’l barra mis-settur finanzjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż 15 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, f'impriża li ma tkunx entità tas-settur finanzjarju, għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 89 2.
|
L-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta' istituzzjoni f'impriżi minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jeċċedi 60 % tal-kapital eliġibbli tagħha għandu jkun soġġett għall-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 89 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) jew (b) għall-holdings kwalifikattivi tal-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2:
(a)
għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ kapital skont il-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 1 li jaqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli;
(ii)
l-ammont totali ta’ holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafu 2 li jaqbeż s-60 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet milli jkollhom holdings kwalifikattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li l-ammont tagħhom jaqbeż l-perċentwali ta’ kapital eliġibbli stabbilit f’dawk il-paragrafi.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-għażla tagħhom ta’ (a) jew (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|