+Artikolu 106 Iħħeġġjar Intern
---+Artikolu 106 1.
---+Artikolu 106 2.
---+Artikolu 106 3.
---+Artikolu 106 4.
---+Artikolu 106 4a.
---+Artikolu 106 5.
---+Artikolu 106 5a.
---+Artikolu 106 5b.
---+Artikolu 106 6.
---+Artikolu 106 7.
|
Artikolu 106 Iħħeġġjar Intern
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 106 1.
|
Ħeġġ intern għandu b’mod partikolari jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
m’għandhiex tkun primarjament maħsuba biex tevita jew tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
(b)
għandha tiġi dokumentata sew u tkun soġġetta għal proċeduri partikolari tal-approvazzjoni interna u ta’ verifika;
(c)
għandha tiġi ttrattata bil-kondizzjonijiet tas-suq;
(d)
ir-riskju tas-suq iġġenerat mill-ħeġġ intern għandu jiġi mmaniġġjat b’mod dinamiku fil-portafoll tan-negozjar skont il-limiti awtorizzati;
▼C2
(e)
għandu jiġi mmonitorjat sewwa skont proċeduri adegwati.
|
|
Artikolu 106 2.
|
Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti applikabbli għall-pożizzjoni ħħeġġjata fil-portafoll mhux tan-negozjar jew il-portafoll tan-negozjar, fejn rilevanti.
|
|
Artikolu 106 3.
|
Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punt (a), meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni ta' derivattiv ta' kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern. Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f'konformità mal-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar li jimmaniġġja riskji simili.
|
|
Artikolu 106 4.
|
Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' derivattiv ta' ekwità mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, din il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' ekwità għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' ekwità ta' portafoll mhux tan-negozjar għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punt (a), meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni derivattiva tal-ekwità oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata fil-portafoll mhux tan-negozjar u tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern. Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi f l-Artikolu 325(1), il-punt (b), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar li jimmaniġġja riskji simili.
|
|
Artikolu 106 4a.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, it-tranżazzjoni derivattiva ta' kreditu jew ta' ekwità li tkun daħlet fiha istituzzjoni tista' tkun magħmula minn tranżazzjonijiet multipli ma' fornituri ta' protezzjoni ta' partijiet terzi eliġibbli multipli, dment li t-tranżazzjoni aggregata li tirriżulta tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk il-paragrafi.
|
|
Artikolu 106 5.
|
Meta istituzzjoni tiħħeġġja skoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax ta' portafoll mhux tan-negozjar permezz ta' pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax imniżżla fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni ta' riskju tar-rata tal-imgħax għandha tiġi kkunsidrata bħala ħeġġ intern għall-valutazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar f'konformità mal-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), il-punti (a), (b) u (c), il-pożizzjoni ġiet assenjata lil portafoll separat mill-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar, li l-istrateġija tan-negozju tiegħu hija ddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-ħeġġijiet interni tal-iskopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(b)
għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), il-pożizzjoni tkun ġiet assenjata lil post tan-negozjar li l-istrateġija tan-negozjar tiegħu tkun iddedikata biss għall-immaniġġjar u l-mitigazzjoni tar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern ta' skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(c)
l-istituzzjoni ddokumentat b'mod sħiħ kif il-pożizzjoni timmitiga r-riskju tar-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 84 u 98 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 106 5a.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 5, l-istituzzjoni tista' tassenja lil dak il-portafoll pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax li tkun ikkonkludiet ma' partijiet terzi, jew mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess, dment li l-istituzzjoni tpaċi perfettament ir-riskju tas-suq ta' dawk il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax konklużi mal-portafoll tan-negozjar tagħha stess billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi.
|
|
Artikolu 106 5b.
|
Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-post tan-negozjar imsemmi fil-paragrafu 5, il-punt (b), ta' dan l-Artikolu:
(a)
dan il-post tan-negozjar jista' jikkonkludi pożizzjonijiet oħrajn tar-riskju tar-rata tal-imgħax ma' partijiet terzi jew ma' postijiet tan-negozjar oħrajn tal-istituzzjoni, dment li dawn il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-portafoll tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 104 u dawk il-postijiet tan-negozjar l-oħrajn jikkumpensaw perfettament għar-riskju tas-suq ta' dawn il-pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax oħrajn billi jikkonkludu pożizzjonijiet tar-riskju tar-rata tal-imgħax opposti ma' partijiet terzi;
(b)
l-ebda pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar għajr dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tiġi assenjata lil dak il-post tan-negozjar;
(c)
b'deroga mill-Artikolu 104b, dak il-post tan-negozjar ma għandux ikun soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 106 6.
|
Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll separat imsemmi fil-paragrafu 5, il-punt (a), jew lill-post tan-negozjar imsemmi fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu, għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma, minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-pożizzjonijiet l-oħrajn tal-portafoll tan-negozjar.
|
|
Artikolu 106 7.
|
Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (CVA) bl-użu ta' strument ta' derivati konkluż mal-portafoll tan-negozjar tagħha, il-pożizzjoni f'dak l-istrument ta' derivati għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern għall-iskopertura għar-riskju ta' CVA għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 383 jew 384, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-pożizzjoni tad-derivattivi tkun rikonoxxuta bħala ħeġġ eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 386;
(b)
meta l-pożizzjoni tad-derivattivi tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punt (b) jew (c), jew fl-Artikolu 325e(1), il-punt (c), l-istituzzjoni tikkumpensa perfettament għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni tad-derivattivi billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti ma' partijiet terzi.
Il-pożizzjoni opposta tal-portafoll tan-negozjar tal-ħeġġ intern rikonoxxuta f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|