+Artikolu 106 7.

Artikolu 106 7.

Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (CVA) bl-użu ta' strument ta' derivati konkluż mal-portafoll tan-negozjar tagħha, il-pożizzjoni f'dak l-istrument ta' derivati għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern għall-iskopertura għar-riskju ta' CVA għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-approċċi stabbiliti fl-Artikolu 383 jew 384, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjoni tad-derivattivi tkun rikonoxxuta bħala ħeġġ eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 386;

(b) 

meta l-pożizzjoni tad-derivattivi tkun soġġetta għal kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punt (b) jew (c), jew fl-Artikolu 325e(1), il-punt (c), l-istituzzjoni tikkumpensa perfettament għar-riskju tas-suq ta' dik il-pożizzjoni tad-derivattivi billi tidħol f'pożizzjonijiet opposti ma' partijiet terzi.

Il-pożizzjoni opposta tal-portafoll tan-negozjar tal-ħeġġ intern rikonoxxuta f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit