+Artikolu 106 3.

Artikolu 106 3.

Meta istituzzjoni tiħħeġġja skopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti permezz ta' derivattiv ta' kreditu mniżżel fil-portafoll tan-negozjar tagħha, dik il-pożizzjoni fid-derivattiv ta' kreditu għandha tiġi rikonoxxuta bħala ħeġġ intern tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu ta' portafoll mhux tan-negozjar jew skopertura għar-riskju tal-kontroparti għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti ta' skopertura ponderati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 92(4), il-punt (a), meta l-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni ta' derivattiv ta' kreditu oħra ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fil-portafoll mhux tan-negozjar u jpaċi perfettament ir-riskju tas-suq tal-ħeġġ intern.

Kemm ħeġġ intern rikonoxxut f'konformità mal-ewwel subparagrafu kif ukoll id-derivattiv ta' kreditu li jiġi konkluż ma' fornitur ta' protezzjoni ta' parti terza eliġibbli għandhom jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq bl-użu tal-approċċ imsemi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), iż-żewġ pożizzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess post tan-negozjar li jimmaniġġja riskji simili.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit